EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C/2023/01262

Sejħa għall-proposti 2024 - EAC/A07/2023 — Il-Programm Erasmus+

PUB/2023/1704

OJ C, C/2023/1262, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1262/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1262/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1262

28.11.2023

Sejħa għall-proposti 2024 - EAC/A07/2023

Il-Programm Erasmus+

(C/2023/1262)

1.   Introduzzjoni u Objettivi

Din is-sejħa għall-proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Erasmus+”) kif ukoll dwar il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2024 tal-Erasmus+ (C(2023)6157). Il-Programm Erasmus+ ikopri l-perjodu mill-2021 sal-2027. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikolu 3 tar-Regolament Erasmus+.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

 

Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) – Il-mobbiltà tal-apprendiment tal-individwi:

Mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ

DiscoverEU – Azzjoni ta’ Inklużjoni

Skambji virtwali fl-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ

Mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport

 

Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) - Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:

Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni

Sħubijiet fuq Skala żgħira

Sħubijiiet għall-Eċċellenza:

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+

Azzjoni Erasmus Mundus

Sħubijiet għall-Innovazzjoni:

Alleanzi għall-innovazzjoni

Bini tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport

Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ

 

Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) - Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni

Żgħażagħ Ewropej Flimkien

 

Azzjonijiet Jean Monnet:

Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u tat-taħriġ

3.   Eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista' japplika għal finanzjament fi ħdan il-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tal-apprendiment taż-żgħażagħ u tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-attivitajiet tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-Azzjoni ta’ Inklużjoni DiscoverEU.

Dawn il-Pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (2):

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej,

il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja,

il-pajjiżi kandidati tal-UE: ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq u r-Repubblika tas-Serbja (3).

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2024 għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

4.   Baġit u durata tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hu stmat għal EUR 3 681,76 miljun:

Edukazzjoni u Taħriġ:

EUR

3 256,61 miljun

Żgħażagħ:

EUR

336,28 miljun

Sport:

EUR

63,12 miljun

Jean Monnet:

EUR

25,75 miljun

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikati fil-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2024 tal-Erasmus+ li ġie adottat fit-18 ta’ Settembru 2023, u jista’ jiġi mmodifikat soġġett għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus + u l-emendi tiegħu, ippubblikati fuq:

 

https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_en

L-għotjiet mogħtija kif ukoll id-durata tal-proġetti jvarjaw skont il-fatturi bħalma huma t-tip ta’ proġett, it-tip ta’ applikanti eliġibbli u l-għadd ta’ sħab involuti.

Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet tax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati u definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2019)2646. Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet tal-voluntiera.

5.   Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet speċifikati hawn taħt kollha jirreferu għall-ħin ta’ Brussell.

Azzjoni Ewlenija 1

Mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

20 ta’ Frar 2024 f’12:00

Mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-VET, tal-edukazzjoni skolastika u tal-edukazzjoni għall-adulti

20 ta’ Frar 2024 f’12:00

Mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport

20 ta’ Frar 2024 f’12:00

Mobbiltà internazzjonali li tinvolvi pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm

20 ta’ Frar 2024 f’12:00

Akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fil-VET, fl-edukazzjoni skolastika u fl-edukazzjoni għall-adulti

1 ta’ Ottubru 2024 f’12:00

Akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fil-qasam taż-żgħażagħ

1 ta’ Ottubru 2024 f’12:00

Mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

20 ta’ Frar 2024 f’12:00

Mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

1 ta’ Ottubru 2024 f’12:00

Azzjoni ta’ Inklużjoni ta’ DiscoverEU

20 ta’ Frar 2024 f’12:00

Skambji virtwali fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ

25 ta’ April 2024 fil-17:00


Azzjoni Ewlenija 2

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, ħlief dawk sottomessi mill-NGOs Ewropej

5 ta’ Marzu 2024 f’12:00

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ sottomessi mill-NGOs Ewropej

5 ta’ Marzu 2024 fil-17:00

Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-isport

5 ta’ Marzu 2024 fil-17:00

Sħubijiiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, ħlief dawk sottomessi mill-NGOs Ewropej

1 ta’ Ottubru 2024 f’12:00

Sħubijiet fuq skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ

5 ta’ Marzu 2024 f’12:00

Sħubijiet fuq skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ

1 ta’ Ottubru 2024 f’12:00

Sħubijiet fuq skala żgħira fil-qasam tal-isport

5 ta’ Marzu 2024 fil-17:00

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

7 ta’ Mejju 2024 fil-17:00

Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus+

6 ta’ Ġunju 2024 fil-17:00

Azzjoni Erasmus Mundus

15 ta’ Frar 2024 fil-17:00

Alleanzi għall-Innovazzjoni

7 ta’ Marzu 2024 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni Għolja

8 ta’ Frar 2024 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali

29 ta’ Frar 2024 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam taż-Żgħażagħ

6 ta’ Marzu 2024 fil-17:00

Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-Isport

5 ta’ Marzu 2024 fil-17:00

Avvenimenti Sportivi Ewropej mingħajr Skop ta’ Qligħ

5 ta’ Marzu 2024 fil-17:00


Azzjoni Ewlenija 3

Żgħażagħ Ewropej Flimkien

7 ta’ Marzu 2024 fil-17:00


Networks u Azzjonijiet Jean Monnet

1 ta’ Frar 2024 fil-17:00

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

6.   Informazzjoni fid-dettall

Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2024 fl-indirizz tal-internet li ġej:

 

http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/programme-guide

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)   ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1.

(2)  L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.

(3)  Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1262/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top