This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62026CN0132
Case C-132/26, Camille: Request for a preliminary ruling from the Cour du travail de Mons (Belgium) lodged on 25 February 2026 – Camille ASBL v RT
Kawża C-132/26, Camille: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (Il-Belġju) fil-25 ta’ Frar 2026 – Camille ASBL vs RT
Kawża C-132/26, Camille: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (Il-Belġju) fil-25 ta’ Frar 2026 – Camille ASBL vs RT
ĠU C, C/2026/3042, 15.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3042/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3042 |
15.6.2026 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (Il-Belġju) fil-25 ta’ Frar 2026 – Camille ASBL vs RT
(Kawża C-132/26, Camille)
(C/2026/3042)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Camille ASBL
Konvenut: RT
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (2) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (3), li jistabbilixxu l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ allowances tal-familja għall-kundizzjoni li l-wild ikkonċernat, ċittadin tal-Unjoni, jibbenefika minn permess ta’ residenza fl-Istat Membru kompetenti li fih jirrisjedi effettivament mal-ġenituri tiegħu, li twassal sabiex teskludi mill-għoti ta’ dawn l-allowances lill-ġenitur ta’ dan il-wild, fejn l-istess ġenitur huwa wkoll ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni iżda li ma huwiex (jew ma għadux) detentur ta’ tali permess ta’ residenza, meta huwa effettivament jirrisjedi hemmhekk u jeżerċita hemmhekk attività ekonomika (f’dan il-każ, bħala impjegat), u b’hekk jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-politiki soċjali ta’ dan l-Istat? |
|
2) |
Jekk jiġi preżunt li r-risposta għall-ewwel domanda hija pożittiva: tali inugwaljanza fit-trattament, li tmur kontra l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004, l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38 u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 492/2011, hija adegwatament ikkoreġuta mill-fatt li dispożizzjoni oħra tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni teżenta lill-istess wild milli jibbenefika minn permess ta’ residenza, u b’hekk tippermetti lill-istess ġenitur jibbenefika mill-allowances tal-familja, matul perijodu massimu ta’ sitt xhur li jibda jiddekorri mad-dħul ta’ dan tal-aħħar fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3042/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)