This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62025CN0205
Case C-205/25, Bayerisches Landesamt für Datenschutzaufsicht: Request for a preliminary ruling from the Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach (Germany) lodged on 17 March 2025 – Joachim Lindenberg v Bayerisches Landesamt für Datenschutzaufsicht
Kawża C-205/25, Bayerisches Landesamt für Datenschutzaufsicht: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Marzu 2025 – Joachim Lindenberg vs Bayerisches Landesamt für Datenschutzaufsicht
Kawża C-205/25, Bayerisches Landesamt für Datenschutzaufsicht: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Marzu 2025 – Joachim Lindenberg vs Bayerisches Landesamt für Datenschutzaufsicht
ĠU C, C/2025/3035, 10.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3035/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3035 |
10.6.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Marzu 2025 – Joachim Lindenberg vs Bayerisches Landesamt für Datenschutzaufsicht
(Kawża C-205/25, Bayerisches Landesamt für Datenschutzaufsicht)
(C/2025/3035)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerisches Verwaltungsgericht Ansbach
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Joachim Lindenberg
Konvenut: Bayerisches Landesamt für Datenschutzaufsicht
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 15, moqri flimkien mal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorità superviżorja fis-sens tal-Artikolu 4(21) ta’ dan ir-regolament, li taġixxi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ lment mibdija minn suġġett tad-data skont l-Artikolu 77 ta’ dan ir-regolament, hija fl-istess ħin “kontrollur” fis-sens tal-Artikolu 15, moqri flimkien mal-Artikolu 4(7) ta’ dan ir-regolament, u għalhekk hija obbligata tipprovdi lil dan is-suġġett tad-data aċċess għad-data li tikkonċernah u għall-informazzjoni skont l-Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament? |
|
2) |
Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 23 tar-Regolament 2016/679, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali – bħalma huwa l-Artikolu 20(2) tal-Bayerisches Datenschutzgesetz (BayDSG) (l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Bavarja), li huwa inkwistjoni fil-kawża prinċipali – li teskludi, b’mod ġenerali, kwalunkwe dritt ta’ aċċess jew ta’ konsultazzjoni fir-rigward tal-fajls u tar-reġistri tal-awtoritajiet superviżorji fis-sens tal-Artikolu 4(21) tar-Regolament 2016/679? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3035/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)