This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024TN0679
Case T-679/24: Action brought on 27 December 2024 – Menacho v Commission
Kawża T-679/24: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2024 – Menacho vs Il-Kummissjoni
Kawża T-679/24: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2024 – Menacho vs Il-Kummissjoni
ĠU C, C/2025/928, 17.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/928/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/928 |
17.2.2025 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2024 – Menacho vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-679/24)
(C/2025/928)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Manuela Menacho (Alicante, Spanja) (rappreżentant: D. Grisay, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tirċievi din it-talba għal annullament/responsabbiltà mhux kuntrattwali; |
|
— |
tiddikjaraha ammissibbli u, konsegwentement, |
|
— |
prinċipalmemt:
|
|
— |
sussidjarjament:
|
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 77(1) u l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”). |
L-artikoli msemmija iktar ’il fuq jipprevedu li l-uffiċjal għandu jieħu d-deċiżjoni li jittrasferixxi d-drittijiet għall-pensjoni tiegħu akkumulati fis-sistema nazzjonali lill-Fond tal-Pensjoni tal-Unjoni Ewropea fi żmien għaxar snin mill-bidu tal-attività tiegħu fis-servizzi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, huwa biss fil-mument tal-irtirar tiegħu li l-uffiċjal li jkun għamel trasferiment jista’ jkejjel b’mod korrett il-portata tat-trasferiment possibbli tiegħu, b’mod partikolari minħabba r-regola li tillimita l-ammont tal-pensjonijiet għal 70 %. Din ir-regola għalhekk toħloq differenza fit-trattament meta mqabbel ma’ uffiċjal li qatta’ l-karriera kollha tiegħu fi ħdan is-sistema Ewropea.
B’hekk, id-dispożizzjonijiet ikkontestati huma illegali: ir-rikorrenti għandha għaldaqstant tkun tista’ tagħmel għażla infurmata dwar it-trasferiment tad-drittijiet nazzjonali tagħha għall-pensjoni għas-sistema Ewropea meta tieħu l-pensjoni tagħha u mhux qabel. Interpretazzjoni kuntrarja tikser il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-kontestazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali u l-eżistenza ta' arrikkiment indebitu għad-detriment tar-rikorrenti. |
Meta jiġu trasferiti d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent lill-Fond tal-Pensjoni tal-UE, jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' konverżjoni. Qabel kollox, l-amministrazzjoni nazzjonali tiddetermina ammont kapitali (ekwivalenti attwarjali). Il-Kummissjoni Ewropea mbagħad twettaq il-kalkolu tagħha stess sabiex tikkonverti l-ekwivalenti attwarjali fin-numru ta’ snin supplimentari li ser jitqiesu għall-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tal-uffiċjal meta jirtira.
Madankollu, ġie kkonstatat li, mal-irtirar, ir-rikorrenti ma rċevietx rimbors tal-perċentwal li jeċċedi dak previst fl-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, minkejja li dan il-perċentwali żejjed ġej minn kontribuzzjonijiet imħallsa lill-iskema tal-pensjoni Belġjana, li ġew ittrasferiti permezz ta’ kapitalizzazzjoni lill-Fond tal-Pensjoni tal-UE, u li mhux ser jitqiesu għall-istabbiliment tal-pensjoni li għaliha r-rikorrenti kellha dritt.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/928/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)