This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024TN0344
Case T-344/24: Action brought on 8 July 2024 – Petrov v Council
Kawża T-344/24: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2024 – Petrov vs Il-Kunsill
Kawża T-344/24: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2024 – Petrov vs Il-Kunsill
ĠU C, C/2024/4979, 19.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4979/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/4979 |
19.8.2024 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2024 – Petrov vs Il-Kunsill
(Kawża T-344/24)
(C/2024/4979)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Victor Petrov (Comrat, il-Moldova) (rappreżentanti: T. Bontinck, L. Marchal, avukati, u C. Zatschler, SC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkonstata l-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 tat-28 ta’ April 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 tat-28 ta’ April 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova u tiddikjara dawn l-atti inapplikabbli fir-rigward tar-rikorrent; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1242 (1) tas-26 ta’ April 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova sa fejn iżżomm lir-rikorrent fin-numru 11 tal-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/891; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1243 (2) tas-26 ta’ April 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/888 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova sa fejn iżomm lir-rikorrent fin-numru 11 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/888; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tas-somma ta’ 100 000 EUR, fuq bażi provviżorja, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest ta-Kawża T-343/24, Albot vs Il-Kunsill.
(1) ĠU L, 2024/1242.
(2) ĠU L, 2024/1243.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4979/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)