This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024TN0177
Case T-177/24: Action brought on 29 March 2024 – Germany v Commission
Kawża T-177/24: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2024 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
Kawża T-177/24: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2024 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
ĠU C, C/2024/3343, 3.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3343/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/3343 |
3.6.2024 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2024 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-177/24)
(C/2024/3343)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u R. Kanitz, aġenti)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha,
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Jannar 2024 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.110055 (2024/N) – Germany – Amendment of the CHP (1) and Offshore electricity surcharges reductions for railway undertakings, sa fejn tiddikjara li l-eżenzjonijiet favur impriżi ferrovjarji
jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Energiefinanzierungsgesetz (il-Liġi dwar il-Finanzjament tal-Enerġija) (3); u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed. Hija ssostni li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonstatat li l-impriżi affettwati mill-miżura nnotifikata bbenefikaw minn għajnuna mogħtija mill-Istat Membru jew minn riżorsi tal-Istat. L-eżenzjonijiet favur impriżi ferrovjarji tat-tariffa KWKG u tat-tariffa offshore skont l-EnFG ma jikkostitwixxux kontribuzzjoni obbligatorja fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, il-fondi miġbura mill-operaturi tan-network ma humiex ikkontrollati pubblikament b’mod kostanti u għalhekk ma humiex disponibbli għall-Istat.
(1) Combined heat and power (CHP) (Koġenerazzjoni ta’ enerġija elettrika u termika, KEET).
(2) Gesetz für die Erhaltung, die Modernisierung und den Ausbau der Kraft-Wärme-Kopplung (Kraft-Wärme-Kopplungsgesetz – KWKG 2023) (il-Liġi dwar il-Manutenzjoni, il-Modernizzazzjoni u l-Iżvilupp ta’ Impjanti ta’ Koġenerazzjoni ta’ Enerġija Elettrika u Termika) (il-Liġi dwar l-Impjanti ta’ Koġenerazzjoni ta’ Enerġija Elettrika u Termika – KWKG 2023), tal-21 ta’ Diċembru 2015 (BGBl. I p. 2498), kif emendata l-aħħar bl-Artikolu 9 tal-Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2022 (BGBl. I p. 2512).
(3) Gesetz zur Finanzierung der Energiewende im Stromsektor durch Zahlungen des Bundes und Erhebung von Umlagen (Energiefinanzierungsgesetz – EnFG) (il-Liġi dwar il-Finanzjament tat-Tranżizzjoni Enerġetika fis-Settur tal-Enerġija Elettrika permezz ta’ Pagamenti mill-Istat Federali u ta’ Impożizzjoni ta’ Tariffi) (il-Liġi dwar il-Finanzjament tal-Enerġija – EnFG) tal-20 ta’ Lulju 2022 (BGBl. I p. 1237, 1272), kif emendata l-aħħar bl-Artikolu 5 tal-Liġi tas-26 ta’ Lulju 2023 (BGBl. 2023 I Nru 202).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3343/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)