This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CN0744
Case C-744/24, Bank Polska Kasa Opieki: Request for a preliminary ruling from the Sąd Rejonowy we Włodawie (Poland) lodged on 24 October 2024 – P.W. v Bank Polska Kasa Opieki S.A.
Kawża C-744/24, Bank Polska Kasa Opieki: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy we Włodawie (il-Polonja) fl-24 ta’ Ottubru 2024 – P.W. vs Bank Polska Kasa Opieki S.A.
Kawża C-744/24, Bank Polska Kasa Opieki: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy we Włodawie (il-Polonja) fl-24 ta’ Ottubru 2024 – P.W. vs Bank Polska Kasa Opieki S.A.
ĠU C, C/2025/529, 3.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/529/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/529 |
3.2.2025 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy we Włodawie (il-Polonja) fl-24 ta’ Ottubru 2024 – P.W. vs Bank Polska Kasa Opieki S.A.
(Kawża C-744/24, Bank Polska Kasa Opieki)
(C/2025/529)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy we Włodawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: P.W.
Konvenut: Bank Polska Kasa Opieki S.A.
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 10(2)(f) moqri flimkien mal-Artikolu 13(j) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) fil-kuntest tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u tal-għan ta’ din id-direttiva kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 3(1) u (2) moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-prassi li f’kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi, li l-kontenut tagħhom ma huwiex riżultat ta’ ftehim individwali bejn il-bejjiegħ jew fornitur (kreditur) u l-konsumatur (il-persuna li tissellef), jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jipprevedu interessi mhux biss fuq l-ammont mogħti lill-konsumatur iżda wkoll spejjeż ta’ kreditu mhux marbuta ma’ interessi (bħal kummissjonijiet jew onorarji oħra li ma jifformawx parti mill-ammont ta’ kreditu mħallas lill-konsumatur, jiġifieri li ma humiex inklużi fl-ammont totali tal-kreditu, u li jagħmlu parti mill-ammont totali dovut lill-konsumatur bi ħlas għat-twettiq tal-obbligi tiegħu taħt il-kuntratt ta’ kreditu għall-konsum)? |
|
2) |
L-Artikolu 10(2)(f) u (g) tad-Direttiva 2008/48 fil-kuntest tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni u tal-għan ta’ din id-direttiva kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 93/13, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi li f’kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi, li l-kontenut tagħhom ma huwiex riżultat ta’ ftehim individwali bejn il-bejjiegħ jew fornitur (kreditur) u l-konsumatur (il-persuna li tissellef), jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jiżvelaw biss ir-rata ta’ interessi tal-kreditu jew il-valur totali kkwantifikat tal-interessi kkapitalizzati espress bħala ammont li l-konsumatur huwa obbligat iħallas bi twettiq tal-obbligu tiegħu li jirriżulta minn tali kuntratt, mingħajr ma l-konsumatur jiġi informat b’mod ċar u inekwivoku li l-bażi għall-kalkolu tal-interessi kkapitalizzati (espress bħala ammont ikkwantifikat) huwa ammont li ma huwiex l-ammont tal-kreditu effettivament imħallas lill-konsumatur u, b’mod partikolari, li huwa s-somma tal-ammont tal-kreditu mħallas lill-konsumatur, kif ukoll spejjeż ta’ kreditu mhux marbuta ma’ interessi (bħal kummissjonijiet jew onorarji oħra li ma jifformawx parti mill-ammont ta’ kreditu mogħti lill-konsumatur, u li jagħmlu parti mill-ammont totali dovut lill-konsumatur bi ħlas għat-twettiq tal-obbligi tiegħu taħt il-kuntratt ta’ kreditu għall-konsum)? |
(1) ĠU 2008, L 133, p. 66, u r-rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, u rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/529/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)