Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024CN0263

Kawża C-263/24, Smiliev: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Tutrakan (il-Bulgarija) fil-15 ta’ April 2024 – Proċeduri kriminali kontra YE

ĠU C, C/2024/4080, 8.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4080/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4080/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4080

8.7.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Tutrakan (il-Bulgarija) fil-15 ta’ April 2024 – Proċeduri kriminali kontra YE

(Kawża C-263/24, Smiliev  (1) )

(C/2024/4080)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Tutrakan

Proċeduri kriminali kontra

YE

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (2), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU 2009, L 93, p. 23), għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ kundanni preċedenti mogħtija kontra l-istess persuna fi Stati Membri oħra jfisser li l-qorti, li quddiemha jkunu tressqu proċeduri kriminali ġodda kontra l-istess persuna (il-qorti ta’ applikazzjoni), għandha tikkunsidra li l-kundanni preċedenti rreġistrati fis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) u mogħtija fi Stati Membri oħra jikkonċernaw l-istess kategoriji ta’ fatti suġġetti għal piena kriminali li, minħabba l-perikolu tagħhom għas-soċjetà, tqiesu mid-dritt nazzjonali bħala li huma suġġetti għal reġistrazzjoni fir-rekord kriminali tal-Istat fejn tinsab il-qorti ta’ applikazzjoni? F’sitwazzjoni fejn ikun hemm diversi kategoriji ta’ fatti suġġetti għal piena kriminali li tqiesu mid-dritt nazzjonali bħala li huma suġġetti għal reġistrazzjoni fir-rekord kriminali tal-Istat fejn tinsab il-qorti ta’ applikazzjoni, li l-konsegwenzi legali tagħhom ikunu differenti fil-każ ta’ kundanna, il-qorti nazzjonali li quddiemha jkunu tressqu proċeduri kriminali kontra persuna partikolari, għandha tevalwa, f’kull każ individwali, f’liema kategorija jaqgħu, skont il-klassifikazzjoni nazzjonali, il-fatti li taw lok għall-kundanni preċedenti mogħtija fi Stati Membri oħra? F’liema każijiet partikolari għandha titwettaq tali evalwazzjoni?

2)

L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/675 għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li qorti hija obbligata ma tiħux inkunsiderazzjoni kundanni kriminali mogħtija fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ fatti li ma jikkostitwixxux reati kriminali taħt id-dritt nazzjonali tal-qorti ta’ applikazzjoni?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)   ĠU 2008, L 220, p. 32.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4080/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top