This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN1161
Case T-1161/23: Action brought on 18 December 2023 — Bimbo v EUIPO — A3-MED (BimboDorm)
Kawża T-1161/23: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2023 – Bimbo vs EUIPO – A3-MED (BimboDorm)
Kawża T-1161/23: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2023 – Bimbo vs EUIPO – A3-MED (BimboDorm)
ĠU C, C/2024/1258, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1258/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/1258 |
12.2.2024 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2023 – Bimbo vs EUIPO – A3-MED (BimboDorm)
(Kawża T-1161/23)
(C/2024/1258)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Bimbo SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A3-MED Srl (Zola Predosa, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “BimboDorm” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 548 097
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 366/2023-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti l-oħra għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1258/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)