Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN1038

Kawża T-1038/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2023 – UB vs Frontex

ĠU C, C/2023/1310, 11.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1310/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1310/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1310

11.12.2023

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2023 – UB vs Frontex

(Kawża T-1038/23)

(C/2023/1310)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UB (rappreżentanti: S. Pappas u A. Kila, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Aġenzija, li biha hija rrifjutat li tistieden lir-rikorrent għat-tieni intervista li kienet tippermettilu jiġi rreklutat fi żmien utli għall-post ta’ Uffiċjal tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tal-Frontex, Korp Permanenti ta’ livell intermedju fi Frontex, u, b’hekk tiċħad l-applikazzjoni tiegħu,

tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ Ġunju 2023 tad-Direttur Eżekuttiv li biha l-ilment imressaq fl-14 ta’ Frar 2023 mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni impliċita tal-Aġenzija ġie miċħud bħala inammissbbli;

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-avviż ta’ reklutaġġ u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba, u b’mod iktar speċifiku fuq motivazzjoni mhux suffiċjenti kif ukoll inadegwata.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1310/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top