EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0975

Kawża T-975/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2023 – ZZ vs Il-Parlament

ĠU C, C/2024/357, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/357/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/357/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/357

15.1.2024

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2023 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża T-975/23)

(C/2024/357)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J. Martínez Gimeno, X. Codina García-Andrade, F. Díaz-Grande Rojo u S. Fernández Tourné, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-att ta’ likwidazzjoni b’konsegwenza tal-illegalità tal-Artikolu 76(1a) tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (MII), fil-verżjoni tiegħu kif tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2023  (1), u, għall-istess raġuni, tannulla wkoll l-likwidazzjonijiet kollha ta’ drittijiet sussegwenti għall-att ta’ likwidazzjoni;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew joħroġ atti ta’ likwidazzjoni ġodda ta’ drittijiet tal-Iskema ta’ Pensjoni Addizzjonali Volontarja (SPAV) tar-rikorrent bl-ammont li kien ikun applikabbli skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 76 tal-MAE kif kienet qabel id-Deċiżjoni tal-2023, kemm fir-rigward tal-istess att ta’ likwidazzjoni, kif ukoll fir-rigward tal-atti ta’ likwidazzjoni kollha sussegwenti li seħħew wara din id-data;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew, abbażi ta’ dawn l-atti ta’ likwidazzjoni l-ġodda, sabiex iżomm l-ammonti diġà mħallsa lir-rikorrent bħala drittijiet tas-SPAV u għall-ħlas tad-differenza bejn l-ammont tal-att ta’ likwidazzjoni (u tal-atti ta’ likwidazzjoni sussegwenti maħruġa sas-sentenza) u l-ammont li kien ikun applikabbli skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 76 tal-MII kif kienet qabel id-Deċiżjoni tal-2023, bl-interessi legali korrispondenti li jibdew jiddekorru mid-data li fiha din id-differenza kellha titħallas sad-data tal-ħlas sħiħ tagħha; u

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-620/23 Barón Crespo vs Il-Parlament.


(1)  Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2023 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2023/C 227/05). ĠU 2023, C 227, p. 5.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/357/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top