EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0486

Kawża T-486/23: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2023 – Bayerische Landesbank vs SRB

ĠU C 338, 25.9.2023, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/39


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2023 – Bayerische Landesbank vs SRB

(Kawża T-486/23)

(2023/C 338/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Bayerische Landesbank (rappreżentanti: H. Berger, M. Weber u D. Schoo, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tat-2 ta’ Mejju 2023 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-2023 (SRB/ES/2023/23), inklużi l-annessi, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti, u

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż tal-kawża.

Sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata ma teżistix legalment minħabba li s-SRB uża lingwa uffiċjali żbaljata u li r-rikors għal annullament ikun għalhekk inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata ma teżistix legalment;

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq disa’ motivi, identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-440/23, Berlin Hyp vs SRB.


Top