This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN0470
Case T-470/23: Action brought on 7 August 2023 — Erzeugergemeinschaft Winzersekt v EUIPO — Milz (Hinterland)
Kawża T-470/23: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2023 – Erzeugergemeinschaft Winzersekt vs EUIPO – Milz (Hinterland)
Kawża T-470/23: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2023 – Erzeugergemeinschaft Winzersekt vs EUIPO – Milz (Hinterland)
ĠU C 329, 18.9.2023, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/37 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2023 – Erzeugergemeinschaft Winzersekt vs EUIPO – Milz (Hinterland)
(Kawża T-470/23)
(2023/C 329/55)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erzeugergemeinschaft Winzersekt GmbH (Sprendlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: Rechtsanwalt C. Düchs)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Martin Milz (Hergensweiler, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Hinterland” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 121 682
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 2413/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni (Nru 52 519 C) tas-27 ta’ Ottubru 2022, li annullat b’mod sħiħ it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 121 682; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tal-appell quddiem l-EUIPO. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |