EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TB0227

Kawża T-227/23 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2023 – Mylan Ireland vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Talba għal miżuri provviżorji – Talba għal ordni – Nuqqas ta’ urġenza)

ĠU C 338, 25.9.2023, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/25


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2023 – Mylan Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/23 R)

(Miżuri provviżorji - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Talba għal miżuri provviżorji - Talba għal ordni - Nuqqas ta’ urġenza)

(2023/C 338/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mylan Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: K. Roox, T. De Meese, J. Stuyck, M. Van Nieuwenborgh u C. Dumont, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Mathieu u C. Valero, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob essenzjalment, minn naħa, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li allegatament tinsab fl-ittra tagħha tas-17 ta’ Marzu 2023, li permezz tagħha l-Kummissjoni tirrikjedi li hija tosserva l-perijodu ta’ protezzjoni tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ riferiment Tecfidera – dimethyl fumarate rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Dimethyl fumarate Mylan – dimethyl fumarate (iktar ’il quddiem id-“DMF Mylan”) u li tieħu impenni bil-mitkub f’dan is-sens kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni oħra jew att ulterjuri li jestendu jew jissostitwixxu l-att ikkontestat, sa fejn jikkonċernawha u, min-naħa l-oħra, li tingħata ordni lill-Kummissjoni intiża sabiex din tastjeni milli tieħu kwalunkwe miżura oħra li hija ekwivalenti għal irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq li tibbenefika minnha jew għal projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tad-DMF Mylan.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top