EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0720

Kawża C-720/23: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit-23 ta’ Novembru 2023 – Asociación Española de Fabricantes de Máquinas Recreativas y de Juego (Aseseam) et vs Conselleria de Hacienda y Modelo Económico de la Generalitat Valenciana

ĠU C, C/2024/2721, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2721/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2721/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2721

29.4.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit-23 ta’ Novembru 2023 – Asociación Española de Fabricantes de Máquinas Recreativas y de Juego (Aseseam) et vs Conselleria de Hacienda y Modelo Económico de la Generalitat Valenciana

(Kawża C-720/23)

(C/2024/2721)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Española de Fabricantes de Máquinas Recreativas y de Juego (Aseseam), Asociación de Empresarios de Máquinas Recreativas de la Comunidad Valenciana (Andemar CV), Asociación Provincial de Empresas Comercializadoras de Empresas de Máquinas Recreativas y de Azar de Alicante (Apromar-Alicante) u Federación Empresarial de Hostelería de Valencia

Konvenut: Conselleria de Hacienda y Modelo Económico de la Generalitat Valenciana

Parti oħra fil-proċedura: Organización Nacional de Ciegos Españoles (ONCE)

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 26, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista, min-naħa, fl-Artikolu 9 tad-Decreto 97/2021, de 16 de Julio, del Consell (id-Digriet 97/2021 tas-16 ta’ Lulju 2021 tal-Gvern tal-Komunità ta’ Valencia), inkwantu dan jassumi li, wara d-dħul fis-seħħ tal-Ley 1/2020 Valenciana, de regulación del juego y de prevención de la ludopatía en la Comunidad Valenciana (il-Liġi tal-Komunità ta’ Valencia 1/2020 dwar ir-regolamentazzjoni tal-logħob tal-ażżard u l-prevenzjoni tal-logħob tal-ażżard kompulsiv fil-Komunità ta’ Valencia) tiegħu, ma jkunx possibbli li jiġġeddu l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-magni tal-kategorija B installati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, u, min-naħa l-oħra, fl-għaxar dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2020, inkwantu din tistabbilixxi moratorju ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ tal-imsemmija Liġi 1/2020 għall-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet ġodda lil stabbilimenti tal-logħob u għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ magni tal-kategorija B, inkwantu tali restrizzjonijiet huma inkompatibbli mal-prinċipji msemmija iktar ’il fuq ta’ libertà ta’ intrapriża u ta’ stabbiliment, ta’ eżerċizzju liberu ta’ attivitajiet, u ta’ aċċess liberu għas-suq?

2)

Indipendentement mir-risposta għad-domanda preċedenti, l-Artikoli 26, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fl-Artikolu 9 tad-Digriet 97/2021 u fl-għaxar dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2020, inkwantu din il-leġiżlazzjoni tippreġudika biss lis-settur privat (impriżi li jaqgħu taħt is-settur tal-lukandi, tar-ristoranti u tal-provvista tal-ikel jew simili, fejn huma installati tali magni tal-kategorija B, u, indirettament, il-manifatturi ta’ tali magni), li fuqu huma imposti restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ dan it-tip ta’ magni, restrizzjonijiet li ma jaffettwawx lill-istabbilimenti pubbliċi tal-logħob u tal-imħatri, minħabba t-tip ta’ mħatri u ta’ logħob li jisponsorjaw?

Il-prinċipji ta’ unità tas-suq, ta’ ugwaljanza u ta’ uniformità fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni bejn l-operaturi tas-settur tal-logħob, jipprekludu dawn id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali?

Is-sitwazzjoni deskritta tikkostitwixxi vantaġġ li jikkawża distorsjoni ta’, u jippreġudika, il-kompetizzjoni fis-settur?


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2721/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top