Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0716

Kawża C-716/23, Skycop.com: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos teismas (il-Litwanja) fis-27 ta’ Novembru 2023 – “Skycop.com” UAB vs Ryanair DAC

ĠU C, C/2024/1087, 5.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1087/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1087/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1087

5.2.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos teismas (il-Litwanja) fis-27 ta’ Novembru 2023 – “Skycop.com” UAB vs Ryanair DAC

(Kawża C-716/23, Skycop.com)

(C/2024/1087)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “Skycop.com” UAB

Konvenut: Ryanair DAC

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(a) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-passiġġieri li rrifjutaw li jaqbdu titjira li kienet iddewmet b’mill-inqas ħames sigħat u li ma kienx għad għandha skop għalihom għandhom dritt għall-kumpens previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema huma l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tali passiġġier ikollu dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, jew inkella dan il-passiġġier għandu dritt għal kumpens irrispettivament mir-raġuni għalfejn irrifjuta li jieħu titjira li kienet iddewmet b’mill-inqas ħames sigħat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1087/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top