This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0618
Case C-618/23, SALUS: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Düsseldorf (Germany) lodged on 6 October 2023 — SALUS Haus Dr. med Otto Greither Nachf. GmbH & Co. KG v Astrid Twardy GmbH
Kawża C-618/23, SALUS: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ottubru 2023 – SALUS Haus Dr. med Otto Greither Nachf. GmbH & Co. KG vs Astrid Twardy GmbH
Kawża C-618/23, SALUS: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ottubru 2023 – SALUS Haus Dr. med Otto Greither Nachf. GmbH & Co. KG vs Astrid Twardy GmbH
ĠU C, C/2024/710, 22.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/710/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/710 |
22.1.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ottubru 2023 – SALUS Haus Dr. med Otto Greither Nachf. GmbH & Co. KG vs Astrid Twardy GmbH
(Kawża C-618/23, SALUS)
(C/2024/710)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SALUS Haus Dr. med Otto Greither Nachf. GmbH & Co. KG
Konvenut: Astrid Twardy GmbH
Domandi preliminari
|
1) |
Tejiet mediċinali veġetali, li għandhom jiġu kklassifikati bħala “prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali” fis-sens tal-punt 29 tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 16a tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), inklużi bil-punti 1 u 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li temenda, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali vegetali tradizzjonali id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (2) għandhom jitqiesu bħala “preparazzjonijiet veġetali tradizzjonali bbażati fuq il-pjanti”, fis-sens tal-Artikolu 2(1), flimkien mal-Anness I, tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3)? |
|
2) |
Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: L-ittikkettar previst fil-Kapitolu IV tar-Regolament 2018/848, b’mod partikolari
|
|
3) |
Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel jew għat-tieni domanda tkun fin-negattiv: L-ittikkettar li hemm riferiment għalih fit-tieni domanda huwa ttikkettar li huwa “siewi għall-pazjent” u ma huwiex ta’ “natura promozzjonali”, fis-sens tal-Artikolu 62 tad-Direttiva 2004/24? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 313.
(3) ĠU 2018, L 150, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2018, L 260, p. 25, fil-ĠU 2018, L 262, p. 90, fil-ĠU 2018, L 270, p. 37, fil-ĠU 2019, L 305, p. 59, fil-ĠU 2021, L 7, p. 53, fil-ĠU 2021, L 204, p. 47, fil-ĠU 2021, L 318, p. 5, u fil-ĠU 2022, L 321, p. 74.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/710/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)