This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0455
Case C-455/23, Garera: Request for a preliminary ruling from the Sąd Najwyższy (Poland) lodged on 20 July 2023 — G.T. v T. S.A.
Kawża C-455/23, Garera: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-20 ta’ Lulju 2023 – G.T. vs T. S.A.
Kawża C-455/23, Garera: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-20 ta’ Lulju 2023 – G.T. vs T. S.A.
ĠU C, C/2023/1277, 11.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1277/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2023/1277 |
11.12.2023 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fl-20 ta’ Lulju 2023 – G.T. vs T. S.A.
(Kawża C-455/23, Garera (1))
(C/2023/1277)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: G.T.
Konvenut: T. S.A.
Domandi preliminari
1) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE flimkien mal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza fil-Kawża C-487/19 W.Ż. għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenjazzjoni ta’ mħallef fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) bħala ġudikant temporanju f’awla oħra tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) mingħajr il-kunsens tiegħu tikser il-prinċipju ta’ irremovibbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin b’mod analogu għat-trasferiment ta’ mħallef ta’ qorti ordinarja bejn żewġ diviżjonijiet tal-istess qorti, fejn:
|
2) |
Indipendentement mir-risposta għall-ewwel domanda, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma hijiex tribunal “imwaqqaf bil-liġi” qorti li l-formazzjoni ġudikanti tagħha hija kkostitwita b’riżultat ta’ ordni tal-President Ewlieni tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) dwar l-assenjazzjoni bħala ġudikant f’awla oħra tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) kif ukoll l-ordni tal-President inkarigat mill-ħidma tal-Izba Cywilna Sądu Najwyższego (l-Awla Ċivili tal-Qorti Suprema) dwar l-assenjazzjoni ta’ kawżi speċifiċi minn persuni maħtura f’pożizzjonijiet ġudizzjarji tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) taħt l-istess ċirkustanzi bħal dawk fil-Kawża C-487/19 W.Ż., meta l-ġurisprudenza disponibbli turi li l-proċeduri ġudizzjarji li jinvolvu tali persuni maħtura huma invalidi jew jiksru d-dritt għal smigħ xieraq tal-parti kkonċernata taħt l-Artikolu 6 tal-KEDB? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda jew risposta għat-tieni domanda fis-sens li qorti stabbilita b’dan il-mod ma hijiex tribunal “imwaqqaf bil-liġi”, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-imħallfin maħtura fil-formazzjoni ġudikanti ta’ qorti stabbilita skont kif imsemmi fid-domanda 1 u 2 jistgħu jirrifjutaw li jaġixxu f’kawżi assenjati lilhom, inkluż li jirrifjutaw li jagħtu deċiżjonijiet, billi jqisu bħala ineżistenti l-ordni dwar l-assenjazzjoni bħala ġudikant f’awla oħra tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) kif ukoll dwar l-assenzjazzjoni ta’ kawżi konkreti, jew għandhom jagħtu deċiżjoni fejn iħallu għad-diskrezzjoni tal-partijiet id-deċiżjoni jekk għandhomx eventwalment jikkontestaw billi jinvokaw ksur tad-dritt tal-parti kkonċernata li l-kawża tagħha tinstema’ minn qorti li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali? |
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1277/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)