Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0404

Kawża C-404/23, Gi One: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Lulju 2023 – Gi One SpA vs Consip SpA

ĠU C, C/2023/311, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/311/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/311/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/311

30.10.2023

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Lulju 2023 – Gi One SpA vs Consip SpA

(Kawża C-404/23, Gi One)

(C/2023/311)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gi One SpA

Konvenut: Consip SpA

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), l-Artikoli 16 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ kompetizzjoni, ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi sanċiti fl-Artikoli 49, 50, 54 u 56 TFUE, jipprekludu dispożizzjonijiet interni (Artikolu 11(6), Artikolu 37(8), (9), (10), (18) u (19) u Artikolu 38(1)(f)) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006) li jeskludu, fil-każ ta’ skadenza tat-terminu ta’ validità tal-offerta oriġinarjament ippreżentata minn grupp temporanju ta’ impriżi li ser jiġi kkostitwit, il-possibbiltà li titnaqqas, mal-proroga tal-validità temporali tal-istess offerta, l-istruttura oriġinali tal-grupp? B’mod partikolari, tali dispożizzjonijiet nazzjonali huma kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea tal-libertà ta’ inizjattiva ekonomika u tal-effett utli, kif ukoll mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

Id-Direttiva 2004/18/KE, l-Artikoli 16, 49, 50 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 4 tal-Protokoll 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), l-Artikolu 6 TUE, il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ kompetizzjoni, ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi sanċiti fl-Artikoli 49, 50, 54 u 56 TFUE jipprekludu dispożizzjonijiet interni (Artikolu 38(1)(f), Artikoli 48 u 75 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006) li jipprevedu l-applikazzjoni tas-sanzjoni tal-eżekuzzjoni tal-garanzija provviżorja, bħala konsegwenza awtomatika tal-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, irrispettivament mill-fatt jekk is-servizz kienx ġie attribwit jew le lil dan l-operatur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/311/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top