This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0290
Case C-290/23, ECHA: Request for a preliminary ruling from the Oberverwaltungsgericht des Landes Sachsen-Anhalt (Germany) lodged on 8 May 2023 — European Chemicals Agency v B. GmbH
Kawża C-290/23, ECHA: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2023 – Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi vs B. GmbH
Kawża C-290/23, ECHA: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2023 – Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi vs B. GmbH
ĠU C 338, 25.9.2023, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht des Landes Sachsen-Anhalt (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Mejju 2023 – Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi vs B. GmbH
(Kawża C-290/23, ECHA)
(2023/C 338/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht des Landes Sachsen-Anhalt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Konvenut: B. GmbH
Domandi preliminari
1) |
L-ewwel nofs sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika biss għad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew għandu japplika wkoll għad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jimponu spiża amministrattiva skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 (1) tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni? |
2) |
Jekk id-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li timponi spiża amministrattiva ma tikkostitwixxix titolu eżekuttiv: Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(4) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 340/2008 għandhom jiġu interpretati fis-sens li azzjoni għall-eżekuzzjoni tal-ħlas tal-ispiża amministrattiva hija eskluża? |
(2) ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22 u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84.