EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0256

Kawża C-256/23, ECHA: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisches Verwaltungsgericht Regensburg, (il-Ġermanja) fl-20 ta’ April 2023 – Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) vs Hallertauer Hopfenveredelungsges. m.b.H.

ĠU C 338, 25.9.2023, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisches Verwaltungsgericht Regensburg, (il-Ġermanja) fl-20 ta’ April 2023 – Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) vs Hallertauer Hopfenveredelungsges. m.b.H.

(Kawża C-256/23, ECHA)

(2023/C 338/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerisches Verwaltungsgericht Regensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Konvenut: Hallertauer Hopfenveredelungsges. m.b.H.

Fil-preżenza ta’: Regierung von Niederbayern (il-Gvern tad-Distrett ta’ Niederbayern) bħala rappreżentant tal-interess pubbliku

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 94(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), li jipprovdi li d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija jistgħu jkunu suġġetti għal azzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li n-natura eżekuttiva tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija tista’ wkoll tkun is-suġġett ta’ azzjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax biss għall-atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Bank Ċentrali Ewropew, iżda wkoll għad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jimponu obbligu ta’ ħlas ta’ spiża amministrattiva?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda: it-tieni paragrafu tal-Artikolu 299 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riferiment għar-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat jirrigwarda mhux biss ir-regoli proċedurali, iżda wkoll ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni?


(1)   ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22 u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84.


Top