This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CJ0472
Judgment of the Court (Tenth Chamber) of 13 February 2025.#Lexitor sp. z o.o. v A. B. S.A.#Request for a preliminary ruling from the Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie.#Reference for a preliminary ruling – Consumer protection – Credit agreements for consumers – Directive 2008/48/EC – Article 10(2) – Duty to provide information – Annual percentage rate of charge – Modification of charges and commissions – Article 23 – National rules on penalties – Principle of proportionality.#Case C-472/23.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Frar 2025.
Lexitor sp. z o.o. vs A.B. S.A.
Talba għal deċiżjoni preliminary, imressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Artikolu 10(2) – Obbligu ta’ informazzjoni – Rata perċentwali annwali ta’ imposta – Modifika tal-ispejjeż u tal-kummissjonijiet – Artikolu 23 – Sistema ta’ sanzjonijiet nazzjonali – Prinċipju ta’ proporzjonalità.
Kawża C-472/23.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Frar 2025.
Lexitor sp. z o.o. vs A.B. S.A.
Talba għal deċiżjoni preliminary, imressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Artikolu 10(2) – Obbligu ta’ informazzjoni – Rata perċentwali annwali ta’ imposta – Modifika tal-ispejjeż u tal-kummissjonijiet – Artikolu 23 – Sistema ta’ sanzjonijiet nazzjonali – Prinċipju ta’ proporzjonalità.
Kawża C-472/23.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2025:89
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L‑Għaxar Awla)
13 ta’ Frar 2025 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Artikolu 10(2) – Obbligu ta’ informazzjoni – Rata perċentwali annwali ta’ imposta – Modifika tal-ispejjeż u tal-kummissjonijiet – Artikolu 23 – Sistema ta’ sanzjonijiet nazzjonali – Prinċipju ta’ proporzjonalità”
Fil-Kawża C‑472/23,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Qorti Distrettwali tal-Belt ta’ Varsavja, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑21 ta’ Ġunju 2023, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑25 ta’ Lulju 2023, fil-proċedura
Lexitor sp. z o.o.
vs
A. B. S.A.,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L‑Għaxar Awla),
komposta minn D. Gratsias, President tal-Awla, I. Jarukaitis, President tar-Raba’ Awla, u Z. Csehi (Relatur), Imħallef,
Avukat Ġenerali: L. Medina,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal Lexitor sp. z o.o., minn K. Danielak, radca prawny, |
– |
għal A. B. S.A., minn M. Malciak, K. Trzaskowski, u W. J. Wandzel, adwokaci, |
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u S. Żyrek, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Ondrůšek u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10(2)(g) u (k) kif ukoll tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Lexitor sp. z.o.o., fil-kwalità tagħha ta’ ċessjonarja tad-drittijiet ta’ konsumatur, u A. B. S.A. (iktar ’il quddiem il-“bank”) dwar it-talba għar-rimbors ta’ somma li tirrappreżenta l-interessi u l-ispejjeż imħallsa minn dan il-konsumatur abbażi ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsum li huwa kien ikkonkluda ma’ A. B. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2008/48
3 |
Skont il-premessi 6, 8, 9, 19, 31, 32 u 47 tad-Direttiva 2008/48:
[…]
[…]
[…]
[…]
|
4 |
Intitolat “Definizzjonijiet”, l-Artikolu 3(g) u (i) ta’ din id-direttiva, jipprovdi: Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: […]
[…]
[…]”. |
5 |
Intitolat “Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi ftehim ta’ kreditu”, l-Artikolu 10 tal-imsemmija direttiva jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu: “Il-ftehim ta’ kreditu għandu jispeċifika b’mod ċar u konċiż: […]
[…]
[…]” |
6 |
L-Artikolu 19 tal-istess direttiva, intitolat “Kalkolu tar-[RPAI]”, jistabbilixxi, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu: “1. Ir-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena, li tekwavali, fuq bażi annwali, għall-valur preżenti ta’ l-impenji kollha (ġbid ta’ kreditu, radd lura u imposti), futuri jew eżistenti, miftehma bejn il-kreditur u l-konsumatur, għandha tiġi kkalkolata skond il-formola matematika mniżżla fil-Parti I ta’ l-Anness I. 2. Għall-fini tal-kalkolu tar-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena, l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur għandha tiġi determinata, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe imposta pagabbli mill-konsumatur għal nuqqas ta’ konformità ma’ kwalunkwe impenn min-naħa tiegħu stabbilit fil-ftehim ta’ kreditu u imposti barra mill-prezz tax-xiri li, għal xiri ta’ merkanzija u servizzi, hu obbligat iħallas irrispettivament minn jekk it-transazzjoni issirx permezz ta’ flus kontanti jew permezz ta’ kreditu. L-ispejjeż biex jinżamm kont li jirreġistra kemm transazzjonijiet ta’ ħlas u kif ukoll ta’ ġbid ta’ kreditu, l-ispejjeż ta’ l-użu ta’ mezz ta’ ħlas kemm għal transazzjonijiet ta’ ħlas u kif ukoll għal ġbid ta’ kreditu, u spejjeż oħrajn relatati ma’ transazzjonijiet ta’ ħlas għandhom jiġu inklużi fl-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx obbligatorju u l-ispejjeż tal-kont ikunu ntwerew b’mod ċar u separatament fil-ftehim ta’ kreditu jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur. 3. Il-kalkolu tar-rata ta’ imposta perċentwali fis-sena għandu jkun ibbażat fuq l-assunzjoni bażika li l-ftehim ta’ kreditu għandu jibqa’ validu għall-perijodu miftiehem u l-kreditur u l-konsumatur ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt it-termini u sad-dati speċifikati fil-ftehim ta’ kreditu.” |
7 |
L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48, intitolat, “Penali”, huwa fformulat kif ġej: “L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.” |
Id-Direttiva 93/13/KEE
8 |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal‑5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100), jiddikjara: “L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.” |
Id-dritt Pollakk
Il-Liġi dwar il-Kreditu għall-Konsum
9 |
L-ustawa o kredycie konsumenckim (il-Liġi dwar il-Kreditu għall-Konsum) tat‑12 ta’ Mejju 2011 (Dz. U. ta’ 2011, Nru 126, pożizzjoni 715), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Kreditu għall-Konsum”), ittrasponiet id-Direttiva 2008/48 fl-ordinament ġuridiku Pollakk. |
10 |
L-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar il-Kreditu għall-Konsum jipprovdi: “Il-kuntratt ta’ kreditu għall-konsum għandu jsemmi, bla ħsara għall-Artikoli 31 sa 33: […]
[…]
[…]” |
11 |
L-Artikolu 45(1) ta’ din il-liġi huwa fformulat kif ġej: “Fil-każ ta’ ksur, mill-kreditur, tal-Artikolu 29(1), tal-punti 1 sa 8, 10, 11 u 14 sa 17 tal-Artikolu 30(1), u tal-Artikoli 31 sa 33, 33a u 36a sa 36c, il-konsumatur, wara li jkun ippreżenta dikjarazzjoni bil-miktub lill-kreditur, għandu jirrimborsa l-kreditu mingħajr l-interessi u l-ispejjeż l-oħra marbuta miegħu dovuti lill-kreditur, fit-termini u skont il-modalitajiet stabbiliti mill-kuntratt.” |
Il-Kodiċi Ċivili
12 |
Skont l-Artikolu 3851(1) u (2) tal-ustawa – Kodeks cywilny (il-Liġi dwar il-Kodiċi Ċivili), tat‑23 ta’ April 1964 (Dz. U. no 16, pożizzjoni 93), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Ċivili”): “1) Il-klawżoli ta’ kuntratt konkluż ma’ konsumatur li ma kinux ġew innegozjati individwalment ma jorbtux lill-konsumatur meta jiddefinixxu d-drittijiet u l-obbligi tiegħu b’mod li jmur kontra l-moralità, billi jiksru b’mod manifest l-interessi tiegħu (klawżola illegali). Din id-dispożizzjoni ma taffettwax il-klawżoli li jiddefinixxu l-prestazzjonijiet prinċipali li għandhom jitwettqu mill-partijiet, inklużi dawk relatati mal-prezz jew mar-remunerazzjoni, sakemm dawn huma miktuba b’mod ċar. 2) Meta klawżola tal-kuntratt ma torbuotx ill-konsumatur skont il-paragrafu 1, il-partijiet jibqgħu marbuta mid-dispożizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
13 |
Lexitor, kumpannija għall-irkupru ta’ djun, hija ċessjonarja tad-drittijiet ta’ konsumatur li kien ikkonkluda kuntratt ta’ kreditu mal-bank għal ammont ta’ 40000 zloty Pollakk (PLN) (madwar EUR 14700) (iktar ’il quddiem il-“kuntratt inkwistjoni”). Minbarra l-ammont ta’ dan il-kreditu prinċipali, il-konsumatur kien obbligat jirrimborsa lill-bank l-interessi remuneratorji, stabbiliti għal PLN 19 985.07 (madwar EUR 4520), kif ukoll kummissjoni għal ammont ta’ PLN 4 893.38 (madwar EUR 1100). Ir-RPAI msemmija fil-kuntratt inkwistjoni kienet tammonta għal 11.18 %. |
14 |
Skont il-formulazzjoni tal-kuntratt inkwistjoni, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet marbuta mal-ipproċessar tal-kreditu u mal-modifika tal-klawżoli ta’ dan il-kuntratt, il-bank seta’ jiġbor spejjeż u kummissjonijiet, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi kuntratt u ta’ dokument, li kien jagħmel parti minnu, intitolat “Tariffa tal-ispejjeż u tal-kummissjonijiet ta’ [il-bank] għall-klijenti individwali” (iktar ’il quddiem it-“tariffa”). Għalhekk, minn naħa, skont il-kuntratt inkwistjoni, żieda fl-ispejjeż u fil-kummissjonijiet setgħet isseħħ fil-każ li kienet tirriżulta tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet elenkati minn dan il-kuntratt, bħall-modifika tas-salarju minimu u tal-livell tal-indikaturi ppubblikati mill-Główny Urząd Statystyczny (l-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika, il-Polonja) dwar b’mod partikolari l-inflazzjoni, ir-remunerazzjoni mensili medja fis-settur tal-impriżi jew ukoll l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija, tat-telekomunikazzjonijiet, tas-servizzi postali, tar-regoli interbankarji u tar-rati ta’ interessi stabbiliti min-Narodowy Bank Polski (il-Bank Nazzjonali tal-Polonja), l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tas-servizzi u tat-tranżazzjonijiet użati mill-bank fl-eżerċizzju tad-diversi attivitajiet bankarji u mhux bankarji, l-evoluzzjoni tal-portata jew tal-forma tas-servizzi pprovduti minnu (inklużi l-modifiki jew iż-żieda ta’ funzjonalità ġdida ta’ ġestjoni ta’ prodott partikolari), il-modifiki magħmula lir-regoli fiskali u/jew ta’ kontabbiltà applikati mill-bank, il-modifika jew l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji ġodda, deċiżjonijiet amministrattivi, rakkomandazzjonijiet ta’ awtoritajiet kompetenti, inkluż tal-Komisja Nadzoru Finansowego (il-Kummissjoni ta’ Sorveljanza Finanzjarja), sa fejn dawn il-modifiki jkollhom effett fuq l-ispejjeż imġarrba mill-bank għall-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt. |
15 |
Min-naħa l-oħra, it-tariffa kienet tispeċifika, fil-forma ta’ tabella, l-ammonti tal-ispejjeż amministrattivi, bħal dawk relatati mal-ħruġ ta’ avviż bankarju, ta’ ċertifikat, tal-istorja tal-kont ta’ kreditu (għal ammont ta’ PLN 50), jew ukoll ta’ korrispondenza mal-klijent, inklużi t-tfakkiriet u l-konvokazzjonijiet (għal ammont ta’ PLN 4.20 għal kull ittra), kif ukoll dawk ta’ kunsinna ta’ posta b’konferma ta’ rċevuta (għal ammont ta’ PLN 6.20 għal kull ittra). It-tariffa kienet issemmi wkoll ċertu numru ta’ spejjeż mhux repetittivi marbuta mal-ħlas tal-ammont tal-kreditu, li kienu dovuti darba biss u li ma kinux inġabru (spejjeż iffissati għal “0”), kif ukoll l-ispejjeż ta’ konklużjoni ta’ emenda (għal ammont ta’ PLN 50) u dawk ta’ nuqqas ta’ ġbid ta’ flus mitluba għal pagament f’PLN, sa 0.3 % tal-ammont mhux miġbud, b’minimu ta’ PLN 100 (madwar EUR 24). |
16 |
It-tariffa kienet tipprevedi, barra minn hekk, li l-ispejjeż u l-kummissjonijiet setgħu jiġu mmodifikati mhux iktar minn erba’ darbiet fis-sena, mingħajr ma setgħu jiżdiedu b’iktar minn 200 % tal-ammont eżistenti tagħhom. Barra minn hekk, it-tariffa kienet tistipula li modifika fl-ammont tal-ispejjeż jew tal-kummissjonijiet ikkonċernati setgħet issir mhux iktar minn sitt xhur wara li tkun seħħet il-kundizzjoni li kienet tippermetti l-introduzzjoni ta’ din il-modifika u li l-iffissar tar-rati ta’ spejjeż jew ta’ kummissjonijiet għat-tranżazzjonijiet li għalihom il-bank sa dakinhar la kien sostna spejjeż u lanqas kummissjonijiet, kif ukoll għall-prodotti jew għas-servizzi ġodda, seta’ jseħħ billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-grad ta’ intensità ta’ xogħol għat-tranżazzjonijiet imwettqa u tal-livell tal-ispejjeż sostnuti minnu. |
17 |
Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni, il-bank ikkalkola l-interessi mhux biss fuq l-ammont tal-kreditu effettivament imħallas lill-konsumatur, iżda wkoll fuq is-somom mislufa fid-dawl tal-ispejjeż relatati mal-kreditu. Kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju, li kieku l-interessi kienu ġew ikkalkolati biss fuq l-ammont tal-kreditu mħallas, ir-RPAI kienet tkun inqas minn dik indikata fil-kuntratt ta’ kreditu. |
18 |
F’dan il-kuntest, Lexitor talbet lill-bank, abbażi tal-Artikolu 45 tal-Liġi dwar il-Kreditu għall-Konsum, il-pagament għal ammont ta’ PLN 12 905.80 (madwar EUR 2900), li jirrappreżenta s-somma tal-interessi u tal-ispejjeż imħallsa minn dan il-konsumatur skont il-kuntratt inkwistjoni, miżjuda b’interessi. Peress li ma t-talba tagħha ma kinitx issodisfatta, hija adixxiet lis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Qorti Distrettwali tal-Belt ta’ Varsavja, il-Polonja), li hija l-qorti tar-rinviju. |
19 |
Insostenn tat-talba tagħha, Lexitor issostni li, waqt il-konklużjoni tal-kuntratt inkwistjoni, il-bank kiser id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Kreditu għall-Konsum li jirrigwardaw l-obbligu ta’ informazzjoni fir-rigward tal-konsumatur, b’mod partikolari tal-punt 7 tal-Artikolu 30(1) ta’ din il-liġi, li jittrasponi l-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48 fl-ordinament ġuridiku Pollakk, sa fejn ir-RPAI msemmija fil-kuntratt inkwistjoni kienet wisq għolja. Il-bank kiser ukoll il-punt 10 tal-Artikolu 30(1) ta’ din il-liġi, li jittrasponi, min-naħa tiegħu, l-Artikolu 10(2)(k) ta’ din id-direttiva fid-dritt Pollakk, minħabba li l-kuntratt inkwistjoni kien sempliċement jindika l-kundizzjonijiet li fihom l-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt setgħu jiżdiedu kif ukoll ċerti mekkaniżmi ta’ żieda ta’ dawn l-ispejjeż. |
20 |
Il-qorti tar-rinviju tqajjem żewġ tipi ta’ domandi. Minn naħa, permezz tal-ewwel żewġ domandi tagħha, hija tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10(2)(g) u (k) tad-Direttiva 2008/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża pendenti quddiemha effettivament tikkostitwixxi nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ informazzjoni li l-bank kellu abbażi ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, hija tal-fehma li klawżola ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsum li tippermetti lill-kreditur li jiġbor interessi mhux biss fuq l-ammont tal-kreditu effettivament imħallas, iżda wkoll fuq l-ispejjeż tal-kreditu li l-konsumatur għandu r-responsabbiltà li jħallas tikkostitwixxi klawżola inġusta, fis-sens tad-Direttiva 93/13. Peress li, skont l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva u l-Artikolu 3851 tal-Kodiċi Ċivili, tali klawżola ma torbotx lill-konsumatur, ma hemmx lok li din tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tar-RPAI, b’tali mod li dik li kienet indikata fil-kuntratt inkwistjoni ma kinitx eżatta, peress li kienet għolja wisq, peress li kienet ġiet ikkalkolata billi ġie kkunsidrat li xi interessi kellhom ukoll jiġu kkalkolati fuq l-ispejjeż tal-kreditu imposti fuq il-konsumatur. |
21 |
Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-Artikolu 10(2)(k) tad-Direttiva 2008/48, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk is-sempliċi elenkar taċ-ċirkustanzi li fihom żieda fl-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kreditu jistax iseħħ kif ukoll l-indikazzjoni ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ żieda ta’ dawn l-ispejjeż jistgħux jitqiesu li huma suffiċjenti sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni u, jekk le, jekk informazzjoni insuffiċjenti tistax titqies bħala assenza ta’ informazzjoni li tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ sanzjoni skont l-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva. |
22 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk sanzjoni imposta fid-dritt nazzjonali abbażi tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48 tistax titqies bħala proporzjonata jekk, indipendentement mit-tip ta’ ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni, hija tirrendi l-kreditu eżenti mill-interessi u mill-ispejjeż stabbiliti fil-kuntratt ta’ kreditu u li ebda sanzjoni oħra, inqas oneruża u possibbilment iktar proporzjonata, ma tista’ tiġi applikata. |
23 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Rejonowy dla Warszawy - Śródmieścia w Warszawie (il-Qorti Distrettwali tal-Belt ta’ Varsavja, il-Polonja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
24 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li kuntratt ta’ kreditu jsemmi RPAI, li tirriżulta sovravalutata minħabba l-fatt li ċerti klawżoli ta’ dan il-kuntratt jiġu sussegwentement irrikonoxxuti bħala inġusti, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, u, għaldaqstant, ma jorbtux lill-konsumatur, jikkostitwixxi ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni stabbilit f’din id-dispożizzjoni. |
25 |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu l-ewwel nett jitfakkar li l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 iwettaq armonizzazzjoni totali fir-rigward tal-elementi li għandhom jiġu inklużi b’mod obbligatorju f’kuntratt ta’ kreditu (sentenza tal‑21 ta’ Marzu 2024, Profi Credit Bulgaria (Servizzi anċillari għall-kuntratt ta’ kreditu), C‑714/22, EU:C:2024:263, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
26 |
B’mod partikolari, l-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48 jipprevedi li l-kuntratt ta’ kreditu għandu jindika, b’mod ċar u konċiż, ir-RPAI u l-ammont totali dovut mill-konsumatur, ikkalkolati fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu. |
27 |
Ir-RPAI hija ddefinita fl-Artikolu 3(i) tad-Direttiva 2008/48 bħala “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur espressa bħala perċentwali annwali ta’ l-ammont totali ta’ kreditu, fejn applikabbli inklużi l-ispejjeż msemmija fl-Artikolu 19(2)”. Konformement mal-Artikolu 19(1) ta’ din id-direttiva, ir-RPAI hija kkalkolata skont formula matematika li tinsab fil-Parti I tal-Anness I ta’ din id-direttiva. |
28 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2008/48 kienet ġiet adottata bl-għan doppju li tiżgura lill-konsumaturi kollha tal-Unjoni Ewropea livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-interessi tagħhom u li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ suq intern ta’ kreditu għall-konsum li jiffunzjona tajjeb. Mill-premessa 19 ta’ din id-direttiva jirriżulta li din hija intiża, b’mod partikolari, sabiex jiġi ggarantit li l-konsumatur jirċievi, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu, informazzjoni adegwata, li b’mod partikolari tirrigwarda r-RPAI fl-Unjoni kollha, li tippermettilu li jqabbel dawn ir-rati (sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Home Credit Slovakia, C‑290/19, EU:C:2019:1130, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
29 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tenfasizza li, għal konsumatur, ir-RPAI għandha importanza essenzjali inkwantu spiża globali tal-kreditu, ippreżentata fil-forma ta’ rata kkalkolata skont formula matematika unika. Fil-fatt, din ir-rata tippermetti lill-konsumatur li jevalwa, mill-perspettiva ekonomika, il-portata tal-impenn li l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu tinvolvi (sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Home Credit Slovakia, C‑290/19, EU:C:2019:1130, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
30 |
Fid-dawl, b’mod partikolari, ta’ din l-importanza essenzjali tar-RPAI għall-konsumatur, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-indikazzjoni ta’ RPAI li ma tirriflettix b’mod fidil l-ispejjeż kollha msemmija fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48 iċċaħħad lill-konsumatur mill-possibbiltà li jiddetermina l-portata tal-impenn tiegħu bl-istess mod bħall-assenza ta’ indikazzjoni ta’ din ir-rata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Marzu 2024, Profi Credit Bulgaria (Servizzi anċillari għall-kuntratt ta’ kreditu), (C‑714/22, EU:C:2024:263, punt 55). |
31 |
Mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 26 sa 30 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li tissemma, b’mod ċar u konċiż ir-RPAI f’kuntratt ta’ kreditu ma jistax ikun limitat sabiex ma tiġix sovraevalwata, peress li indikazzjoni żbaljata tar-RPAI tista’ wkoll tikkonsisti, bħala prinċipju, fis-sovravalutazzjoni tagħha. |
32 |
Fil-fatt, li jiġi aċċettat li kuntratt ta’ kreditu jista’ jsemmi RPAI sovravalutata jirriskja li jċaħħad din l-indikazzjoni mill-utilità prattika tagħha għall-konsumatur u, għaldaqstant, jippreġudika t-twettiq tal-għan imfittex mill-obbligu previst fl-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48, hekk kif dan l-għan jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 28 u 29 ta’ din is-sentenza. |
33 |
Filwaqt li dan huwa ppreċiżat, għandu jiġi osservat li, f’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tibda bil-premessa, li tagħha hija ma titlobx lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma l-fondatezza, li skontha hemm lok li tiġi eskluża, konformement mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, l-applikazzjoni ta’ parti mill-klawżoli tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minħabba n-natura inġusta tagħhom, b’tali mod li r-RPAI kkalkolata billi jiġu injorati dawn il-klawżoli hija inqas għolja minn dik inizjalment indikata fl-imsemmi kuntratt. |
34 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2008/48 jipprevedi li l-kalkolu tar-RPAI għandu jkun ibbażat fuq l-ipoteżi li l-kuntratt ta’ kreditu għandu jibqa’ validu għat-tul tal-perijodu miftiehem u li l-kreditur u l-konsumatur għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-kundizzjonijiet u fit-termini ppreċiżati fil-kuntratt ta’ kreditu. |
35 |
Minn dan jirriżulta li jiġi ssodisfatt l-obbligu li tissemma r-RPAI, previst fl-Artikolu 10(2)(g) ta’ din id-direttiva, jekk ir-RPAI msemmija fil-kuntratt ikkonċernat tikkorrispondi għal dik ikkalkolata, skont il-formula matematika li tinsab fil-Parti I tal-Anness I tal-imsemmija direttiva, abbażi ta’ “l-ispiża totali tal-kreditu lill-konsumatur”, fis-sens tal-Artikolu 3(g) tal-istess direttiva, liema spiża totali tinkludi l-ispejjeż li l-konsumatur huwa obbligat iħallas skont klawżoli ta’ dan il-kuntratt, inklużi dawk li, sussegwentement, jirriżultaw inġusti u li ma jorbtux lill-konsumatur. |
36 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 10(2)(g) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li kuntratt ta’ kreditu jsemmi RPAI, li tirriżulta sovravalutata minħabba l-fatt li ċerti klawżoli ta’ dan il-kuntratt jiġu sussegwentement irrikonoxxuti bħala inġusti, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, u, għaldaqstant, ma jorbtux lill-konsumatur, ma jikkostitwixxix, fih innifsu, ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni stabbilit f’din id-dispożizzjoni. |
Fuq it-tieni domanda
37 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10(2)(k) tad-Direttiva 2008/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li kuntratt ta’ kreditu jelenka ċertu numru ta’ ċirkustanzi li jistgħu jwasslu għal żieda fl-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, mingħajr madankollu ma l-konsumatur ikun f’pożizzjoni li jivverifika l-okkorrenza tagħhom u l-effett tagħhom fuq dawn l-ispejjeż, jikkostitwixxi ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni stabbilit f’din id-dispożizzjoni. |
38 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 10(2)(k) tad-Direttiva 2008/48, kuntratt ta’ kreditu għandu jindika, b’mod ċar u konċiż, minbarra l-ispejjeż għaż-żamma ta’ kont wieħed jew iktar intiżi sabiex jiġu rreġistrati kemm it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas kif ukoll il-ġbid ta’ kreditu kif ukoll l-ispejjeż tal-użu ta’ mezz ta’ ħlas, l-ispejjeż l-oħra kollha li jirriżultaw mill-kuntratt u l-kundizzjonijiet li fihom dawn l-ispejjeż jistgħu jinbidlu. |
39 |
Mill-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, moqri fid-dawl tal-premessa 31 tagħha, jirriżulta li r-rekwiżit li, f’kuntratt ta’ kreditu stabbilit fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, jiġu indikati, b’mod ċar u konċiż, l-elementi msemmija f’din id-dispożizzjoni, huwa meħtieġ sabiex il-konsumatur ikun f’pożizzjoni li jkun jaf id-drittijiet u l-obbligi tiegħu (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2023, BMW Bank et, C‑38/21, C‑47/21 u C‑232/21, EU:C:2023:1014, punt 233 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
40 |
L-għarfien u komprensjoni tajba, mill-konsumatur, tal-elementi li kuntratt ta’ kreditu għandu obbligatorjament jinkludi, konformement mal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, huma neċessarji għall-eżekuzzjoni tajba ta’ dan il-kuntratt u, b’mod partikolari, għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumatur (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2023, BMW Bank et, C‑38/21, C‑47/21 u C‑232/21, EU:C:2023:1014, punt 234 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
41 |
Sabiex l-imsemmija elementi jinftiehmu tajjeb fl-osservanza tar-rekwiżit ta’ ċarezza stabbilit fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, l-informazzjoni pprovduta f’kuntratt ta’ kreditu għandha għalhekk tkun nieqsa minn kwalunkwe kontradizzjoni li oġġettivament tista’ tqarraq bil-konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, fir-rigward tal-portata tad-drittijiet u tal-obbligi tiegħu skont l-imsemmi kuntratt (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2023, BMW Bank et, C‑38/21, C‑47/21 u C‑232/21, EU:C:2023:1014, punt 235 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
42 |
B’mod iktar partikolari, sabiex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit ta’ redazzjoni ċara u li tinftiehem tal-klawżoli kuntrattwali, għandha importanza essenzjali l-kwistjoni dwar jekk il-kuntratt ta’ kreditu jesponix b’mod trasparenti l-kundizzjonijiet ta’ rimbors tal-kreditu jew il-mezz sabiex dawn jiġu ddeterminati, b’mod li tali konsumatur ikun jista’ jipprevedi, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2015, Bucura, C‑348/14, EU:C:2015:447, punt 54). |
43 |
Għalhekk, il-klawżoli tal-kuntratt ta’ kreditu għandhom, b’mod partikolari jesponu b’mod trasparenti r-raġuni u l-metodu ta’ varjazzjoni tal-ispejjeż marbuta mas-servizz li għandu jiġi pprovdut, b’mod li l-konsumatur ikun jista’ jipprevedi, abbażi ta’ kriterji ċari u li jinftiehmu, il-modifiki eventwali ta’ dawn l-ispejjeż (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2015, Bucura, C‑348/14, EU:C:2015:447, punt 60). |
44 |
Minn dan isegwi li l-Artikolu 10(2)(k) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet li fihom l-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu jistgħu jinbidlu għandhom jissemmew b’mod ċar u konċiż f’dan il-kuntratt, b’tali mod, b’mod partikolari, li, moqrija flimkien ma’ informazzjoni oħra, dawn il-kundizzjonijiet ikunu nieqsa minn kwalunkwe nuqqas ta’ preċiżjoni li oġġettivament ikun jista’ jqarraq bil-konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat fir-rigward tal-eżistenza tal-avvenimenti li jistgħu jagħtu lok għal modifika, u tar-rabta bejn il-modifika tal-ispejjeż u dan l-avveniment (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2023, BMW Bank et, C‑38/21, C‑47/21 u C‑232/21, EU:C:2023:1014, punt 238). |
45 |
Issa, f’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mill-elementi pprovduti mill-qorti tar-rinviju u miġbura fil-qosor fil-punt 14 ta’ din is-sentenza, jidher li l-kundizzjonijiet tal-bidla tal-ispejjeż ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt kienu ġew iddefiniti abbażi ta’ indikaturi li diffiċilment jistgħu jiġu vverifikati, kemm qabel il-konklużjoni tal-kuntratt kif ukoll matul l-eżekuzzjoni tiegħu, għall-konsumatur, bħall-indikaturi ekonomiċi varjabbli, inklużi dawk ikkontrollati mill-bank stess, kif ukoll l-indikaturi, deskritti f’termini aleatorji, li jirriflettu l-evoluzzjoni ġuridika fis-sens wiesa’. Barra minn hekk, il-fatt li, barra minn hekk, il-modifika tal-ispejjeż inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet limitata kwantitattivament, għal massimu ta’ 200 %, u temporanjament, fil-limitu massimu ta’ erba’ darbiet fis-sena, mhux iktar tard minn sitt xhur wara li seħħet il-kundizzjoni, ma jistax jinvalida din il-konstatazzjoni. |
46 |
Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju, fid-dawl tal-indikazzjonijiet preċedenti, li għandha teżamina sa fejn, fil-kawża prinċipali, konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, kien f’pożizzjoni, fid-dawl tal-formulazzjoni tal-klawżoli kuntrattwali li jikkonċernaw iż-żieda fl-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni, li jidentifika b’mod ċar l-evoluzzjoni tal-portata tal-impenn tiegħu matul l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt. |
47 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 10(2)(k) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li kuntratt ta’ kreditu jelenka ċertu numru ta’ ċirkustanzi li jiġġustifikaw żieda fl-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, mingħajr madankollu ma konsumatur normalment informat u raġonevolment attent u avżat ikun f’pożizzjoni li jivverifika l-okkorrenza tagħhom u l-effett tagħhom fuq dawn l-ispejjeż, jikkostitwixxi ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni stabbilit f’din id-dispożizzjoni, sa fejn din l-indikazzjoni tista’ tostakola l-possibbiltà għal dan il-konsumatur li jevalwa l-portata tal-impenn tiegħu. |
Fuq it-tielet domanda
48 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48, moqri fid-dawl tal-premessa 47 tagħha, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi fil-każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-kreditur konformement mal-Artikolu 10(2) ta’ din id-direttiva, sanzjoni uniformi li tikkonsisti li ċċaħħad lill-kreditur mid-dritt tiegħu għall-interessi u għall-ispejjeż, indipendentement mil-livell ta’ gravità ta’ dan il-ksur u tal-effett tiegħu fuq id-deċiżjoni tal-konsumatur li jikkonkludi l-kuntratt ta’ kreditu. |
49 |
Mill-formulazzjoni tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48, moqri fid-dawl tal-premessa 47 tagħha, jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu s-sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati konformement ma’ din id-direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu applikati. Filwaqt li l-għażla ta’ din is-sistema titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri, is-sanzjonijiet hekk previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dan jimplika li l-ħruxija tal-imsemmija sanzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-gravità tal-ksur li dawn jissanzjonaw, b’mod partikolari, billi jiżguraw effett realment dissważiv, filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Marzu 2024, Profi Credit Bulgaria (Servizzi anċillari għall-kuntratt ta’ kreditu), C‑714/22, EU:C:2024:263, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
50 |
Għalkemm hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta u tapplika d-dritt nazzjonali, li għandha tivverifika jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali, is-sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali tagħha jissodisfawx ir-rekwiżiti mfakkra fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja, meta tiddeċiedi dwar rinviju għal deċiżjoni preliminari, tista’ madankollu tipprovdilha preċiżazzjonijiet sabiex tiggwidaha fl-evalwazzjoni tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑11 ta’ Jannar 2024, Nárokuj, C‑755/22, EU:C:2024:10, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
51 |
F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar in-natura proporzjonali tas-sanzjoni prevista mid-dritt nazzjonali, jiġifieri r-revoka tad-dritt tal-kreditur għall-interessi u għall-ispejjeż. Din il-qorti tqis, b’mod partikolari, li l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw iż-żieda fl-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kreditu ma humiex rilevanti għall-konsumatur waqt il-konklużjoni tal-kuntratt, sa fejn l-ammont inizjali ta’ dawn l-ispejjeż jirriżulta li jkun relattivament baxx meta mqabbel mal-ammont ta’ kreditu inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
52 |
Hekk kif tfakkar fil-punti 39 sa 42 ta’ din is-sentenza, sabiex il-konsumatur ikun jista’ jkollu għarfien sħiħ tal-kundizzjonijiet li għalihom ser tkun suġġetta l-eżekuzzjoni tal-kuntratt li huwa jissottoskrivi, l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 jeżiġi li, fil-mument tal-konklużjoni tiegħu, dan il-konsumatur ikollu l-elementi kollha li jistgħu jkollhom effett fuq il-portata tal-impenn tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2016, Home Credit Slovakia, C‑42/15, EU:C:2016:842, punt 66). |
53 |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-ksur, mill-kreditur, tal-obbligu li għandu importanza essenzjali fil-kuntest tad-Direttiva 2008/48, jista’ jiġi ssanzjonat, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bir-revoka tad-dritt tal-kreditur għall-interessi u għall-ispejjeż (sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2016, Home Credit Slovakia, C‑42/15, EU:C:2016:842, punt 69). |
54 |
Tali sanzjoni, minkejja li tipproduċi konsegwenzi serji fir-rigward tal-kreditur, tista’ titqies li tkun sproporzjonata biss fil-każ ta’ assenza ta’ riferiment jew ta’ riferiment żbaljat ta’ elementi li, fost dawk imsemmija fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, min-natura tagħhom, ma jistgħux jaffettwaw il-kapaċità tal-konsumatur li jevalwa l-portata tal-impenn tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2016, Home Credit Slovakia, C‑42/15, EU:C:2016:842, punt 72). |
55 |
Issa, l-obbligu għall-kreditur, konformement mal-Artikolu 10(2)(k) tad-Direttiva 2008/48, li jsemmi, fil-kuntratt ta’ kreditu, il-kundizzjonijiet li fihom tista’ sseħħ modifika tal-ispejjeż ta’ eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt huwa wkoll ta’ importanza essenzjali għall-konsumatur, peress li, sabiex jevalwa l-portata tal-impenn tiegħu, huwa għandu jkun jista’ jipprevedi, hekk kif jirriżulta mill-punti 41 u 42 ta’ din is-sentenza, il-modifiki eventwali ta’ dawn l-ispejjeż abbażi ta’ kriterji ċari u li jinftiehmu u, għaldaqstant, il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw għalih minnhom, anki jekk l-ammont inizjali ta’ dawn l-ispejjeż ikun relattivament baxx meta mqabbel mal-ammont tal-kreditu inkwistjoni. |
56 |
Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-konsegwenzi tal-ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni dwar kuntratt ta’ kreditu jistgħu jvarjaw kunsiderevolment skont l-element ta’ informazzjoni speċifiku inkwistjoni, peress li l-gravità ta’ dan il-ksur tiddependi, barra minn hekk, fil-prattika, min-numru u mill-importanza tal-elementi neqsin f’dan il-kuntratt ta’ kreditu. Tali ksur jista’, b’mod partikolari, jagħmel diffiċli għall-konsumatur li jeżerċita d-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ kreditu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑24 ta’ Ottubru 2024, Horyzont, C‑339/23, EU:C:2024:918, punt 34). |
57 |
Għaldaqstant, bla ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq, il-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jipprekludix li Stat Membru jagħżel li jipprevedi sanzjoni uniformi li tikkonsisti f’li l-kreditur jiġi mċaħħad mid-dritt tiegħu għall-interessi u għall-ispejjeż għall-ksur tad-diversi obbligi ta’ informazzjoni previsti fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48, minkejja li l-gravità individwali tal-ksur ta’ dawn l-obbligi kif ukoll il-konsegwenzi li jirriżultaw minnu għall-konsumatur jistgħu jvarjaw skont il-każ. |
58 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48, moqri fid-dawl tal-premessa 47 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi fil-każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-kreditur konformement mal-Artikolu 10(2) ta’ din id-direttiva, sanzjoni uniformi, li tikkonsisti fiċ-ċaħda lill-kreditur tad-dritt tiegħu għall-interessi u għall-ispejjeż, indipendentement mil-livell ta’ gravità individwali ta’ tali ksur, sa fejn dan il-ksur jista’ jostakola l-possibbiltà għall-konsumatur li jevalwa l-portata tal-impenn tiegħu. |
Fuq l-ispejjeż
59 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (L‑Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.