Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CA0405

Kawża C-405/23, Touristic Aviation Services: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln - il-Ġermanja) – Touristic Aviation Services Limited vs Flightright GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Kumpens lill-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira – Artikolu 5(3) – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens – Ċirkustanzi straordinarji – Nuqqas ta’ persunal tal-operatur tal-ajruport li jipprovdi servizzi ta’ tagħbija tal-bagalji)

ĠU C, C/2024/3887, 1.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3887/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3887/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3887

1.7.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln - il-Ġermanja) – Touristic Aviation Services Limited vs Flightright GmbH

(Kawża C-405/23  (1) , Touristic Aviation Services)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kumpens lill-passiġġieri tal-ajru fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira - Artikolu 5(3) - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens - Ċirkustanzi straordinarji - Nuqqas ta’ persunal tal-operatur tal-ajruport li jipprovdi servizzi ta’ tagħbija tal-bagalji)

(C/2024/3887)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Touristic Aviation Services Limited

Konvenut: Flightright GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,

għandu jiġi interpretata fis-sens li:

l-fatt li jkun hemm numru insuffiċjenti ta’ persunal tal-operatur tal-ajruport responsabbli għall-operazzjonijiet ta’ tagħbija tal-bagalji fl-ajruplani jista’ jikkostitwixxi “ċirkustanza straordinarja”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Madankollu, sabiex jeżenta ruħu mill-obbligu tiegħu li jikkumpensa lill-passiġġieri previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, it-trasportatur tal-ajru li t-titjira tiegħu jkollha dewmien twil minħabba tali ċirkustanza straordinarja huwa obbligat jipprova li din iċ-ċirkustanza ma setgħetx tiġi evitata anki li kieku l-miżuri raġonevoli kollha kienu ttieħdu u li kieku adotta l-miżuri adatti għas-sitwazzjoni sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi tagħha.


(1)   ĠU C 329, 18.9.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3887/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top