This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0733
Case T-733/22: Action brought on 24 November 2022 — Khudaynatov v Council
Kawża T-733/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Khudaynatov vs Il-Kunsill
Kawża T-733/22: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Khudaynatov vs Il-Kunsill
ĠU C 24, 23.1.2023, p. 67–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/67 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2022 – Khudaynatov vs Il-Kunsill
(Kawża T-733/22)
(2023/C 24/92)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Eduard Yurevich Khudaynatov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: T. Bontinck, D. Rovetta u M. Moretto, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530/PESK tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) sa fejn trendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li inkludiet l-isem tar-rikorrent fl-anness tad-Deċiżjoni 2014/145, applikabbli sal-15 ta’ Marzu 2023; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) sa fejn iżomm l-isem tar-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 u; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-732/22, Deripaska vs Il-Kunsill.