This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0634
Case T-634/22: Action brought on 10 October 2022 — ZR v EUIPO
Kawża T-634/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – ZR vs EUIPO
Kawża T-634/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – ZR vs EUIPO
ĠU C 24, 23.1.2023, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/46 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – ZR vs EUIPO
(Kawża T-634/22)
(2023/C 24/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZR (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2021 u nnotifikata fl-istess data, li tinforma lir-rikorrent bi ħlas favur tiegħu ta’ EUR 5 000 b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2021 fil-kawża T-610/18 ZR vs EUIPO; |
— |
sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2022, innotifikata fl-istess data, li tiċħad l-ilment imressaq abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra d-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2021; |
— |
tagħti l-kumpens għad-danni materjali u morali; u |
— |
tikkundanna r-rimbors għall-ispejjeż kollha sostnuti għal dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka s-segwenti motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tar-rikorrent meta mqabbel ma’ kandidati oħra li pparteċipaw fil-proċedura ta’ għażla. L-ammont ta’ EUR 5 000 ma huwiex ikkunsidrat ta’ natura li jpoġġi lir-rikorrent fl-istess sitwazzjoni bħall-kandidati l-oħra li, wara l-ksur ta’ dan il-prinċipju, ġew inklużi fil-lista ta’ riżerva jew kisbu kumpens iktar vantaġġuż. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża/tad-dritt għal qorti, kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, l-obbligi ta’ diliġenza u ta’ motivazzjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dak li jikkonċerna l-ksur tad-drittijiet tad-difiża/dritt ta’ aċċess għal qorti, l-unika raġuni għar-rifjut mill-konvenut li jikkunsidra l-possibbiltà ta’ trasferiment hija bbażata fuq il-fatt li r-rikorrent eżerċita d-dritt tiegħu ta’ rikors. Is-sempliċi fatt li r-rikorrent ippreżenta rikors ma jistax jiġi ppreżentat bħala ġustifikazzjoni valida għall-amministrazzjoni sabiex iċaħħad implimentazzjoni ġusta tas-sentenza fil-kawża T-610/18 ZR v EUIPO; Fir-rigward tal-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, tal-obbligi ta’ diliġenza u ta’ motivazzjoni:
|