This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0060
Case T-60/22: Action brought on 28 January 2022 — Chambre de commerce et d’industrie territoriale de la Marne en Champagne v EUIPO — Ambrosetti Group Ltd (TEHA)
Kawża T-60/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2022 – Chambre de commerce et d’industrie territoriale de la Marne en Champagne vs EUIPO – Ambrosetti Group (TEHA)
Kawża T-60/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2022 – Chambre de commerce et d’industrie territoriale de la Marne en Champagne vs EUIPO – Ambrosetti Group (TEHA)
ĠU C 128, 21.3.2022, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 128, 21.3.2022, p. 14–15
(GA)
21.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/31 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2022 – Chambre de commerce et d’industrie territoriale de la Marne en Champagne vs EUIPO – Ambrosetti Group (TEHA)
(Kawża T-60/22)
(2022/C 128/43)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Chambre de commerce et d’industrie territoriale de la Marne en Champagne (Châlons-en-Champagne, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ambrosetti Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “TEHA” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 404 100 li tindika l-Unjoni
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 839/2021-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż esposti mill-predeċessur legali tar-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |