Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0668

Kawża T-668/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – Nagolimad vs Il-Kummissjoni (Zona Franca da Madeira) (“Għajnuna mill-Istat – Zona Franca da Madeira – Sistema ta’ għajnuna implimentata mill-Portugall – Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ konformità tas-sistema mad-Deċiżjonijiet C(2007) 3037 final u C(2013) 4043 final, li jiddikjaraw din is-sistema inkompatibbli mas-suq intern u li jordnaw l-irkupru tal-għajnuna mħallsa bl-applikazzjoni tagħha – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ ‘għajnuna eżistenti’ fis-sens tal-Artikolu 1(b)(ii) tar-Regolament (UE) 2015/1589 – Terminu raġonevoli – Irkupru – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Dritt għal smigħ xieraq – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

ĠU C, C/2024/424, 3.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/424/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/424/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/424

3.1.2024

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – Nagolimad vs Il-Kummissjoni (Zona Franca da Madeira)

(Kawża T-668/22) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Zona Franca da Madeira - Sistema ta’ għajnuna implimentata mill-Portugall - Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ konformità tas-sistema mad-Deċiżjonijiet C(2007) 3037 final u C(2013) 4043 final, li jiddikjaraw din is-sistema inkompatibbli mas-suq intern u li jordnaw l-irkupru tal-għajnuna mħallsa bl-applikazzjoni tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ ‘għajnuna eżistenti’ fis-sens tal-Artikolu 1(b)(ii) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Terminu raġonevoli - Irkupru - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Dritt għal smigħ xieraq - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(C/2024/424)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Nagolimad – Serviços Internacionais, SA (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Afonso u J. Ferreira Faria, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Barcew u P. Caro de Sousa, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (ĠU 2022, L 217, p. 49).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Nagolimad – Serviços Internacionais, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 482, 19.12.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/424/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top