Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0567

Kawża T-567/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2023 – ATPN vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Ambjent – Regolament ta’ Delega (UE) 2022/1214 – Enerġija nukleari – Attività sostenibbli – Assoċjazzjoni – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà”)

ĠU C 179, 22.5.2023, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2023 – ATPN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-567/22) (1)

(“Rikors għal annullament - Ambjent - Regolament ta’ Delega (UE) 2022/1214 - Enerġija nukleari - Attività sostenibbli - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

(2023/C 179/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Association Trinationale de Protection Nucléaire (ATPN) (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Lepage, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, A. Nijenhuis u C. Auvret, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU 2022, L 188, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent mressqa mir-Repubblika Franċiża.

3)

Ir-rikorrenti għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 418, 31.10.2022.


Top