This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TB0241(01)
Case T-241/22: Order of the General Court of 14 March 2023 — Juvin v Parliament (Action for annulment — Law governing the Institutions — Member of Parliament — Decision excluding from participation in election observation delegations of the Parliament until the end of the term of office — Measure of internal organisation of the work of the Parliament — No effect on the conditions under which the mandate of a Member of Parliament is exercised — Act not open to challenge — Manifest inadmissibility)
Kawża T-241/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2023 – Juvin vs Il-Parlament (“Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament – Deċiżjoni ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni fid-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament sat-tmiem tal-mandat – Att ta’ organizzazzjoni interna tax-xogħolijiet tal-Parlament – Nuqqas ta’ impatt fuq il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-mandat bħala membru tal-Parlament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà manifesta”)

ĠU C 179, 22.5.2023, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/44 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2023 – Juvin vs Il-Parlament
(Kawża T-241/22) (1)
(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament - Deċiżjoni ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni fid-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament sat-tmiem tal-mandat - Att ta’ organizzazzjoni interna tax-xogħolijiet tal-Parlament - Nuqqas ta’ impatt fuq il-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-mandat bħala membru tal-Parlament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà manifesta”)
(2023/C 179/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Hervé Juvin (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F.-P. Vos, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Moore u T. Lukácsi, aġenti)
Suġġett
Bir-rikors tiegħu abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni D 301936 tal-kopresidenti tal-grupp ta’ sostenn għad-demokrazija u ta’ koordinazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-3 ta’ Marzu 2022, li teskludih minn kull parteċipazzjoni fid-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament sat-tmiem tal-mandat tiegħu bħala membru tal-Parlament (2019-2024).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Hervé Juvin huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |