This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TB0161
Case T-161/22: Order of the General Court of 7 November 2022 — Ortega Montero v Parliament (Civil service — Staff representation — Amendment to the Rules of Procedure of the Staff Committee of Parliament — Appointment of staff representatives to bodies established under the Staff Regulations and to administrative bodies — Article 90(2) of the Staff Regulations — Failure to take a measure required by the Staff Regulations — Prior complaint to the appointing authority — Time limits for instituting proceedings — Out of time — Inadmissibility)
Kawża T-161/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2022 – Ortega Montero vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku – Rappreżentanza tal-persunal – Modifika tar-regolament intern tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament – Ħatra tar-rappreżentanti tal-persunal fl-organi statutorji u amministrattivi – Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżura imposta mir-Regolamenti tal-Persunal – Ilment li għandu jitressaq minn qabel quddiem l-Awtorità tal-Ħatra – Terminu ta’ rikors – Tardività – Inammissibbiltà”)
Kawża T-161/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2022 – Ortega Montero vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku – Rappreżentanza tal-persunal – Modifika tar-regolament intern tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament – Ħatra tar-rappreżentanti tal-persunal fl-organi statutorji u amministrattivi – Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżura imposta mir-Regolamenti tal-Persunal – Ilment li għandu jitressaq minn qabel quddiem l-Awtorità tal-Ħatra – Terminu ta’ rikors – Tardività – Inammissibbiltà”)
ĠU C 24, 23.1.2023, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/39 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2022 – Ortega Montero vs Il-Parlament
(Kawża T-161/22) (1)
(“Servizz pubbliku - Rappreżentanza tal-persunal - Modifika tar-regolament intern tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament - Ħatra tar-rappreżentanti tal-persunal fl-organi statutorji u amministrattivi - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżura imposta mir-Regolamenti tal-Persunal - Ilment li għandu jitressaq minn qabel quddiem l-Awtorità tal-Ħatra - Terminu ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà”)
(2023/C 24/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Maria Del Carmen Ortega Montero (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Zejdová u M. Windisch, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, l-ewwel, tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Mejju 2021 li permezz tagħha din ċaħdet l-ilment tagħha tad-19 ta’ Jannar 2021, it-tieni, tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Diċembru 2021 li permezz tagħha s-Segretarju Ġenerali tal-Parlament ċaħad it-tieni lment tagħha tat-18 ta’ Awwissu 2021, it-tielet, tal-modifika tal-Artikolu 22 tar-regolament intern tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament adottata fl-10 ta’ Novembru 2020 u, ir-raba’, tal-vot tal-Kumitat tal-Persunal tal-10 ta’ Novembru 2020 dwar is-sostituzzjoni ta’ rappreżentant tal-imsemmi kumitat maħtur fuq il-bord tal-eżami ta’ kompetizzjoni kif ukoll tal-atti u tad-deċiżjonijiet kollha adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 22 kif emendat tar-regolament intern tal-imsemmi kumitat, inkluż tar-riżultati tal-vot, tal-10 ta’ Novembru 2020 ukoll, relattiv għall-ħatra tar-rappreżentanti tiegħu f’kumitati u f’delegazzjonijiet differenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Maria Del Carmen Ortega Montero għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew. |