Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0664

Kawża T-664/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Lulju 2023 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (VIDEO MOOD Digital Signage, made easy) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VIDEO MOOD Digital Signage, made easy – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti MOOD:MIX – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

ĠU C 338, 25.9.2023, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Lulju 2023 – Mood Media Netherlands vs EUIPO – Tailoradio (VIDEO MOOD Digital Signage, made easy)

(Kawża T-664/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VIDEO MOOD Digital Signage, made easy - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti MOOD:MIX - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 338/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mood Media Netherlands BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A.-M. Pecoraro, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tailoradio Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Sobol u S. Bernardini, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 1852/2018-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mood Media Netherlands BV għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Tailoradio Srl, għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)   ĠU C 7, 9.1.2023.


Top