This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TA0640
Case T-640/22: Judgment of the General Court of 20 March 2024 – Westpole Belgium v Parliament
Kawża T-640/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – Westpole Belgium vs Il-Parlament
Kawża T-640/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – Westpole Belgium vs Il-Parlament
ĠU C, C/2024/2946, 6.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2946/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/2946 |
6.5.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – Westpole Belgium vs Il-Parlament
(Kawża T-640/22) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi tal-informatika esterni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti lil offerenti oħra - Kriterji ta’ esklużjoni - Assenza ta’ sentenza definittiva jew ta’ deċiżjoni amministrattiva definittiva li tistabbilixxi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni - Offerta anormalment baxxa)
(C/2024/2946)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Westpole Belgium (Vilvorde, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Vercruysse, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: K. Wójcik u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2022 li l-Lott Nru 7 tal-kuntratt bit-titolu “PE/ITEC-ITS 19 – External Provision of IT Services” (provvista esterna ta’ servizzi tal-informatika) jingħata lil tliet offerenti oħra u li l-imsemmi lott ma jingħatax lill-konsorzju li hija tifforma parti minnu kif ukoll, qabel ma tingħata deċiżjoni, il-produzzjoni ta’ dokumenti relatati mal-eżami tal-offerti mill-awtorità kontraenti fir-rigward kemm ta’ “sitwazzjoni ta’ esklużjoni possibbli” kif ukoll tal-prezzijiet proposti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Westpole Belgium għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2946/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)