Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0466

Kawża T-466/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – BEI vs Is-Sirja (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ self relatat ma’ proġett ta’ provvista ta’ ilma f’pajjiż terz – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim – Rimbors tas-somom antiċipati – Interessi moratorji – Proċedura fil-kontumaċja”)

ĠU C, C/2023/1152, 4.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1152/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1152/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1152

4.12.2023

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-466/22) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ self relatat ma’ proġett ta’ provvista ta’ ilma f’pajjiż terz - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

(C/2023/1152)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, R. Stuart u F. Oxangoiti Briones, aġenti, assistiti minn D. Arts u E. Paredis, avukati)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Suġġett

Permezz tar-rikors ibbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jitlob li r-Repubblika Għarbija Sirjana tiġi kkundannata tħallas lill-Unjoni Ewropea, li huwa jirrappreżenta, is-somma ta’ EUR 363 150,97, flimkien mal-interessi, u skont il-Ftehim ta’ Self Nru 80310 relatat mal-finanzjament ta’ proġett ta’ provvista tal-ilma fir-reġjun ta’ Deir ez-Zor (is-Sirja).

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata tirrimborsa lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), is-somma ta’ EUR 363 150,97, li tirrappreżenta l-ammonti prinċipali u l-interessi kuntrattwali u moratorji dovuti fit-30 ta’ Ġunju 2022.

2)

Is-somma ta’ EUR 301 679,16 li tinkludi l-ammonti prinċipali għandha tinkorri interessi moratorji b’rata annwali ta’ 3,5 % mit-30 ta’ Ġunju 2022 u sad-data tal-ħlas.

3)

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 359, 19.9.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1152/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top