EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0409
Case C-409/22: Request for a preliminary ruling from the Apelativen sad Sofia (Bulgaria) lodged on 21 June 2022 — UA v EUROBANK BULGARIA AD
Kawża C-409/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Sofia (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – UA vs “EUROBANK BULGARIA” AD
Kawża C-409/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Sofia (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – UA vs “EUROBANK BULGARIA” AD
OJ C 359, 19.9.2022, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/40 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Sofia (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Ġunju 2022 – UA vs “EUROBANK BULGARIA” AD
(Kawża C-409/22)
(2022/C 359/45)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Apelativen sad – Sofia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: UA
Konvenut:“EUROBANK BULGARIA” AD
Domandi preliminari
1) |
Il-prokura li permezz tagħha l-mandatarju jwettaq att li jaqa’ taħt id-dritt ta’ proprjetà f’isem min iħallas permezz ta’ ordni ta’ ħlas jikkostitwixxi strument ta’ ħlas fis-sens tal-punt 23 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (1)? |
2) |
Il-postilla maħruġa minn awtorità barranija kompetenti taħt il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-5 ta’ Ottubru 1961 li telimina r-rekwiżit tal-legalizzazzjoni tal-atti pubbliċi barranin tagħmel parti mill-proċedura ta’ awtentikazzjoni kemm tal-istrument ta’ ħlas u kemm tat-tranżazzjoni ta’ ħlas fis-sens tal-punt 19 tal-Artikolu 4, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 59(1) tad-Direttiva 2007/64? |
3) |
Meta l-istrument ta’ ħlas (inkluż strument ta’ ħlas li jawtorizza lil terz iwettaq atti li jaqgħu taħt id-dritt ta’ proprjetà f’isem min iħallas) ikun regolari minn perspettiva formali (esterna), il-qorti nazzjonali tista’ tqis li t-tranżazzjoni ta’ ħlas hija awtorizzata, jiġifieri li min iħallas ta l-kunsens tiegħu sabiex titwettaq din it-tranżazzjoni? |
(1) ĠU 2007, L 319, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009, L 187, p. 5.