Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0359

Kawża C-359/22, Minister for Justice (Klawżola diskrezzjonali – Rimedji: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – AHY vs Minister for Justice (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika tal-ażil – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Trasferiment tal-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Artikolu 17(1) – Klawżola diskrezzjonali – Artikoli 27(1) u (3) u Artikolu 29(3) – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Rimedji ġudizzjarji – Effett sospensiv)

ĠU C, C/2024/3419, 10.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3419/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3419/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3419

10.6.2024

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – AHY vs Minister for Justice

(Kawża C-359/22, Minister for Justice (Klawżola diskrezzjonali – Rimedji)  (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika tal-ażil - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Trasferiment tal-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Artikolu 17(1) - Klawżola diskrezzjonali - Artikoli 27(1) u (3) u Artikolu 29(3) - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Rimedji ġudizzjarji - Effett sospensiv)

(C/2024/3419)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AHY

Konvenut: Minister for Justice

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jimponix fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprevedu rimedju effettiv kontra deċiżjoni adottata skont il-klawżola diskrezzjonali msemmija fl-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament.

2)

– L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma huwiex applikabbli għal sitwazzjoni li fiha applikant għal protezzjoni internazzjonali li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment ikun talab lill-Istat Membru li jkun adotta dik id-deċiżjoni jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 604/2013 jew ikun ippreżenta azzjoni ġudizzjarja kontra r-risposta mogħtija għal tali talba, b’tali mod li din id-dispożizzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma tipprekludix a fortiori li Stat Membru jeżegwixxi, f’dawn iċ-ċirkustanzi, deċiżjoni ta’ trasferiment qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar din it-talba jew dwar azzjoni kontra t-tweġiba mogħtija għal tali talba.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 604/2013

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

it-terminu ta’ sitt xhur sabiex jitwettaq it-trasferiment ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali msemmi f’din id-dispożizzjoni jibda jiddekorri mill-aċċettazzjoni minn Stat Membru ieħor tat-talba sabiex jieħu inkarigu jew jieħu lura l-persuna kkonċernata jew mid-deċiżjoni definittiva wara appell jew reviżjoni kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meta l-effett sospensiv jingħata konformement mal-Artikolu 27(3) ta’ dan ir-regolament u mhux mid-data tad-deċiżjoni definittiva dwar appell mid-deċiżjoni tal-Istat Membru rikjedenti, meħuda wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment, li ma jsirx użu mill-klawżola diskrezzjonali msemmija fl-Artikolu 17(1) tal-imsemmi regolament sabiex tiġi eżaminata l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.


(1)   ĠU C 303, 8.8.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3419/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top