EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0703

Kawża T-703/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2021 – Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa vs EUIPO – Falubaz Polska (FALUBAZ)

ĠU C 11, 10.1.2022, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/33


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2021 – Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa vs EUIPO – Falubaz Polska (FALUBAZ)

(Kawża T-703/21)

(2022/C 11/46)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Zielonogórski Klub Żużlowy Sportowa S.A. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentant: T. Grucelski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Falubaz Polska S.A. spółka komandytowo-akcyjna (Zielona Góra)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “FALUBAZ” – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 535 835

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 1681/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundana lill-parti li titlef il-kawża tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll l-ispejjeż indispensabbli esposti mir-rikorrenti b’rabta mal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO;

fil-każ li jkun hemm partijiet intervenjenti fil-kawża, dawn għandhom jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motiv invokat

Ksur tar-regoli dwar evalwazzjoni libera tal-provi permezz ta’ evalwazzjoni arbitrarja tal-provi miksuba.

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1) (attwalment l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009 L 78, p. 1)


Top