EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0293

Kawża T-293/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 – Muschaweck vs EUIPO – Conze (UM)

OJ C 278, 12.7.2021, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/67


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2021 – Muschaweck vs EUIPO – Conze (UM)

(Kawża T-293/21)

(2021/C 278/91)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ulrike Muschaweck (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Konle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joachim Conze (München)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “UM” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 305 731

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Marzu 2021 fil-Każ R 2260/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tas-6 ta’ Awwissu 2019 sa fejn iżżomm fis-seħħ ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 9 305 731 fir-rigward ta’ servizzi oħra, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

Klassi 44: servizzi mediċi fil-qasam tal-kirurġija tal-ernja;

tilqa’ fl-intier tagħha t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Nru 9 305 731;

tikkonstata, għalhekk, l-invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Nru 9 305 731 b’effett mill-20 ta’ Ġunju 2017 fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

Klassi 10: Strumenti u apparat kirurġiċi, mediċi, dentali u għal użu veterinarju, dirgħajn, għajnejn u snien artifiċjali; oġġetti ortopediċi; materjali għas-sutura.

Klassi 41: Divertiment u edukazzjoni; taħriġ; divertiment; attivitajiet kulturali u sportivi; is-servizzi kollha msemmija iktar ’il fuq fil-qasam tas-servizzi mediċi;

Klassi 42: servizzi u riċerka xjentifiċi u teknoloġiċi u servizzi ta’ disinn relatati; analiżi industrijali u servizzi ta’ riċerka; tfassil u żvilupp ta’ hardware u software għall-kompjuters; is-servizzi kollha msemmija iktar ’il fuq fil-qasam tas-servizzi mediċi.

Klassi 44: servizzi mediċi u servizzi għall-kura tal-annimali; kura tas-sbuħija u tas-saħħa għall-bnedmin u għall-annimali; servizzi fil-qasam tal-agrikoltura, tal-ortikoltura u tal-forestrija.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Difett legali formali tad-deċiżjoni kkontestata: assenza ta’ rappreżentant effettiv tal-parti l-oħra; preżentazzjoni tardiva min-naħa tal-proprjetarju tat-trade mark;

Difett legali materjali tad-deċiżjoni kkontestata: assenza tal-kunsens tal-proprjetarju inizjali tat-trade mark għall-użu tagħha; assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni “UM”; użu tat-trade mark tal-Unjoni “UM” biż-żieda ta’ “Dr. Muschaweck”.


Top