This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TA0348
Case T-348/21: Judgment of the General Court of 24 January 2024 — Volkskreditbank v SRB (Economic and monetary union — Banking union — Single resolution mechanism for credit institutions and certain investment firms (SRM) — Single Resolution Fund (SRF) — Decision of the SRB on the calculation of the 2021 ex ante contributions — Obligation to state reasons — Right to be heard — Principle of legal certainty — Right to effective judicial protection — Plea of illegality — Limitation of the temporal effects of the judgment)
Kawża T-348/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Volkskreditbank vs SRB (“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi tal-investiment (SRM) – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis”)
Kawża T-348/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Volkskreditbank vs SRB (“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi tal-investiment (SRM) – Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis”)
ĠU C, C/2024/2148, 25.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2148/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/2148 |
25.3.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Volkskreditbank vs SRB
(Kawża T-348/21) (1)
(“Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni bankarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti impriżi tal-investiment (SRM) - Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) - Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) - Deċiżjoni tas-SRB fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis”)
(C/2024/2148)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Volkskreditbank AG (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger, A. Brenneis u J. Holzmann, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. Kerlin, C. Flynn u D. Ceran, aġenti, assistiti minn B. Meyring, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Etienne, M. Menegatti u G. Bartram, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bauerschmidt, J. Haunold u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni miġbura ex ante għas-sena 2021, sa fejn jikkonċernaha.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni miġbura ex ante għas-sena 2021 hija annullata safejn tikkonċerna lil Volkskreditbank AG. |
2) |
L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22, safejn tikkonċerna lil Volkskreditbank, jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’perijodu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida tas-SRB li tiffissa l-kontribuzzjonijiet lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni miġbura ex ante għas-sena 2021 ta’ dan l-istabbiliment. |
3) |
Is-SRB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Volkskreditbank. |
4) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2148/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)