Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0275

Kawża T-275/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ mudell ta’ checkerboard II) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva li tirrappreżenta mudell ta’ checkerboard – Raġuni assoluta għal invalidità – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) u Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Evalwazzjoni globali tal-provi tal-karattru distintiv miksub bl-użu – Portata ġeografika tal-provi tal-karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Prova li tikkonċerna l-użu ta’ trade mark fuq l-internet – Provi li jikkonċernaw proċeduri ta’ ksur”)

ĠU C 7, 9.1.2023, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Wisniewski (Rappreżentazzjoni ta’ mudell ta’ checkerboard II)

(Kawża T-275/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta mudell ta’ checkerboard - Raġuni assoluta għal invalidità - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) u Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Evalwazzjoni globali tal-provi tal-karattru distintiv miksub bl-użu - Portata ġeografika tal-provi tal-karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Prova li tikkonċerna l-użu ta’ trade mark fuq l-internet - Provi li jikkonċernaw proċeduri ta’ ksur”)

(2023/C 7/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, N. Parrotta u P.-Y. Gautier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Norbert Wisniewski (Varsavja, il-Polonja)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-25 ta’ Frar 2021 (Każ R 1307/2020-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Louis Vuitton Malletier huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 263, 5.7.2021.


Top