Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0225

Kawża T-225/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Alitalia I; COVID-19) (“Għajnuna mill-Istat – Suq Taljan tat-trasport bl-ajru – Għajnuna mogħtija mill-Italja lil-linja tal-ajru fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Sussidju dirett – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Għajnuna intiża biex tirrimedja d-danni kkawżati minn avveniment straordinarju – Artikolu 107(2)(b) TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna preċedenti favur l-istess benefiċjarju suġġett għal proċeduri ta’ investigazzjoni formali pendenti – Evalwazzjoni tad-dannu – Rabta kawżali – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Libertà ta’ stabbiliment – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C, C/2023/1141, 4.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1141/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1141/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1141

4.12.2023

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2023 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (Alitalia I; COVID-19)

(Kawża T-225/21) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq Taljan tat-trasport bl-ajru - Għajnuna mogħtija mill-Italja lil-linja tal-ajru fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 - Sussidju dirett - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Għajnuna intiża biex tirrimedja d-danni kkawżati minn avveniment straordinarju - Artikolu 107(2)(b) TFUE - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna preċedenti favur l-istess benefiċjarju suġġett għal proċeduri ta’ investigazzjoni formali pendenti - Evalwazzjoni tad-dannu - Rabta kawżali - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Libertà ta’ stabbiliment - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(C/2023/1141)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, S. Rating I.-G. Metaxas-Maranghidis u D. Pérez de Lamo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J. Carpi Badía u F. Tomat, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, P. Gentili u G. Santini, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 6194 final tal-4 ta’ Settembru 2020, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35843 (2012/NN) – l-Italja– Għajnuna COVID-19 lil Alitalia

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)   ĠU C 228, 14.6.2021.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1141/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top