Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0102

Kawża T-102/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2023 – Bastion Holding et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Miżuri ta’ appoġġ għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 fil-Pajjiżi l-Baxxi – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

ĠU C 223, 26.6.2023, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2023 – Bastion Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-102/21) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Miżuri ta’ appoġġ għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 fil-Pajjiżi l-Baxxi - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2023/C 223/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bastion Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u l-35 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: B. Braeken, X.Y.G. Versteeg, L. Elzas u T. Hieselaar, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u M. Farley, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u J. Langer, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8286 final tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.59535 (2020/N) – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Emenda għall-iskema ta’ għajnuna SA.57712 – COVID-19: skema ta’ għotja diretta sabiex tappoġġja l-ispejjeż fissi għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju affettwati mill-pandemija tal-COVID-19.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bastion Holding BV u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


Top