Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0056

Kawża T-56/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – TEAG vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Swieq tal-elettriku u tal-gass Ġermaniżi – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunċett ta’ ‘konċentrazzjoni unika’ – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Dritt għal smigħ – Delimitazzjoni tas-suq – Perijodu ta’ evalwazzjoni – Evalwazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq il-kompetizzjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Impenji – Obbligu ta’ diliġenza”)

ĠU C, C/2024/1681, 4.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1681/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1681/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1681

4.3.2024

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – TEAG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-56/21) (1)

(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Swieq tal-elettriku u tal-gass Ġermaniżi - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ ‘konċentrazzjoni unika’ - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għal smigħ - Delimitazzjoni tas-suq - Perijodu ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq il-kompetizzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Impenji - Obbligu ta’ diliġenza”)

(C/2024/1681)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: TEAG Thüringer Energie AG (Erfurt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Meessen u J. Szczodrowski, aġenti, assistiti minn T. Funke u A. Dlouhy, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: E.ON SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, C. Barth u D.-J. dos Santos Goncalves, avukati), RWE AG (Essen) (rappreżentanti: U. Scholz, J. Ziebarth u J. Siegmund, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6530 finali, tas-17 ta’ Settembru 2019, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ M.8870 – E.ON/Innogy).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TEAG Thüringer Energie AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea, minn E. ON SE u minn RWE AG.


(1)   ĠU C 138, 19.4.2021.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1681/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top