EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0388

Kawża C-388/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ġunju 2021 – A vs B

OJ C 382, 20.9.2021, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ġunju 2021 – A vs B

(Kawża C-388/21)

(2021/C 382/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Erfurt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: B

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), flimkien mal-Artikoli 4, 5 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2), għandhom ukoll l-għan u l-finalità li jipproteġu l-interessi ta’ xerrej individwali ta’ vettura u l-patrimonju tiegħu? Dawn l-interessi jinkludu l-interess ta’ xerrej individwali li ma jixtrix vettura li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari li ma jixtrix vettura mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni kif ukoll id-drittijiet proprji tan-natura, jeżiġi li x-xerrej ta’ vettura jkollu l-possibbiltà li jressaq talba għad-danni bbażata fuq ir-responsabbiltà ċivili tal-manifattur tal-vettura fil-każ ta’ aġir kolpevoli – b’negliġenza jew b’intenzjoni – mill-manifattur tal-vettura minħabba t-tqegħid fis-suq ta’ vettura mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?


(1)  ĠU 2007, L 263, p. 1

(2)  ĠU 2007, L 171, p. 1


Top