This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0385
Case C-385/21: Request for a preliminary ruling from the Înalta Curte de Casație și Justiție (Romania) lodged on 22 June 2021 — Zenith Media Communications SRL v Consiliul Concurenței
Kawża C-385/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Ġunju 2021 – Zenith Media Communications SRL vs Consiliul Concurenţei
Kawża C-385/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Ġunju 2021 – Zenith Media Communications SRL vs Consiliul Concurenţei
ĠU C 391, 27.9.2021, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 391/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Ġunju 2021 – Zenith Media Communications SRL vs Consiliul Concurenţei
(Kawża C-385/21)
(2021/C 391/12)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zenith Media Communications SRL
Konvenut: Consiliul Concurenţei
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru għandha obbligu tinterpreta r-regola nazzjonali li tirregola l-impożizzjoni ta’ sanzjoni skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità fis-sens li għandha tivverifika jekk id-dħul mill-bejgħ totali, kif indikat fir-rapport tal-introjtu tal-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja preċedenti, jipprovdix riflessjoni korretta tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, konformement mar-realtà ekonomika? |
|
2) |
L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prattika tal-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li timponi multa fuq id-dħul mill-bejgħ indikat fir-rapport tal-introjtu tal-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja preċedenti, li tinkludi l-ammonti ta’ fatturi li nħarġu mill-ġdid lill-klijenti finali għas-servizzi li fir-rigward tagħhom seħħet l-attività ta’ intermedjazzjoni għax-xiri ta’ ħin fil-media, u mhux biss il-kummissjonijiet relatati mal-attività ta’ intermedjazzjoni? |
|
3) |
L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ regola tad-dritt nazzjonali fis-sens li r-responsabbiltà għar-reġistrazzjoni korretta tal-kontijiet u għall-preżentazzjoni korretta tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji konformement mar-realtà ekonomika taqa’ fuq l-impriża ssanzjonata u li l-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru hija responsabbli għall-mod li bih l-impriża ssanzjonata tissodisfa dan l-obbligu? |