This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CJ0647
Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 6 March 2025.#D. K. and Others v Prokuratura Rejonowa w Bytowie and Prokuratura Okręgowa w Łomży.#Requests for a preliminary ruling from the Sąd Okręgowy w Słupsku.#Reference for a preliminary ruling – Rule of law – Second subparagraph of Article 19(1) TEU – Principle of the irremovability of judges and judicial independence – Resolution of the college of a court withdrawing all cases from a judge – Lack of objective criteria for taking a withdrawal decision – Lack of obligation to state reasons for such a decision – Primacy of EU law – Obligation to disapply such a decision to withdraw cases.#Joined Cases C-647/21 and C-648/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Marzu 2025.
D. K. et.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Okręgowy w Słupsku.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Stat tad-dritt – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Prinċipju ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-membri tal-ġudikatura – Riżoluzzjoni tal-kulleġġ ta’ qorti li tiżvesti lil imħallef mill-kawżi kollha quddiemu – Assenza ta’ kriterji oġġettivi sabiex tittieħed deċiżjoni ta’ żvestiment – Assenza ta’ obbligu ta’ motivazzjoni ta’ tali deċiżjoni – Supremazija tad-dritt tal-Unjoni – Obbligu li ma tiġix applikata tali deċiżjoni ta’ żvestiment.
Kawżi magħquda C-647/21 u C-648/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Marzu 2025.
D. K. et.
Talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Okręgowy w Słupsku.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Stat tad-dritt – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Prinċipju ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-membri tal-ġudikatura – Riżoluzzjoni tal-kulleġġ ta’ qorti li tiżvesti lil imħallef mill-kawżi kollha quddiemu – Assenza ta’ kriterji oġġettivi sabiex tittieħed deċiżjoni ta’ żvestiment – Assenza ta’ obbligu ta’ motivazzjoni ta’ tali deċiżjoni – Supremazija tad-dritt tal-Unjoni – Obbligu li ma tiġix applikata tali deċiżjoni ta’ żvestiment.
Kawżi magħquda C-647/21 u C-648/21.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2025:143
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
6 ta’ Marzu 2025 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Stat tad-dritt – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Prinċipju ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-membri tal-ġudikatura – Riżoluzzjoni tal-kulleġġ ta’ qorti li tiżvesti lil imħallef mill-kawżi kollha quddiemu – Assenza ta’ kriterji oġġettivi sabiex tittieħed deċiżjoni ta’ żvestiment – Assenza ta’ obbligu ta’ motivazzjoni ta’ tali deċiżjoni – Supremazija tad-dritt tal-Unjoni – Obbligu li ma tiġix applikata tali deċiżjoni ta’ żvestiment”
Fil-Kawżi magħquda C‑647/21 u C‑648/21,
li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal‑20 ta’ Ottubru 2021, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑25 ta’ Ottubru 2021, fil-proċeduri kriminali kontra
D. K. (C‑647/21),
M. C.,
M. F. (C‑648/21),
fil-preżenza ta’:
Prokuratura Rejonowa w Bytowie,
Prokuratura Okręgowa w Łomży,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn I. Jarukaitis (Relatur), President tar-Raba’ Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Ħames Awla, D. Gratsias u E. Regan, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: A. M. Collins,
Reġistratur: M. Siekierzyńska, Amministratriċi,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑24 ta’ Jannar 2024,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għall-Prokuratura Rejonowa w Bytowie, minn T. Rutkowska‑Szmydyńska, Prokurator Regionalny w Gdańsku, |
– |
għall-Prokuratura Okręgowa w Łomży, minn A. Bałazy, Zastępca Prokuratora Okręgowego w Łomży, |
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u S. Żyrek, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Daniż, minn D. Elkan, V. Pasternak Jørgensen u M. Søndahl Wolff, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn M. K. Bulterman u J. Langer, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Svediż, minn A. M. Runeskjöld u H. Shev, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Herrmann, P. Stancanelli u P. J. O. Van Nuffel, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑11 ta’ April 2024,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). |
2 |
Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mressqa kontra D. K. (Kawża C‑647/21) kif ukoll kontra M. C. u M. F. (Kawża C‑648/21). |
Il-kuntest ġuridiku
Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja
3 |
L-Artikolu 178(1) tal-Konstytucja Rzeczypospolitej Polskiej (il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja) jiddikjara: “L-imħallfin huma indipendenti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom u huma suġġetti biss għall-Kostituzzjoni u għal-liġijiet.” |
4 |
L-Artikolu 179 ta’ din il-kostituzzjoni jipprevedi: “L-imħallfin għandhom jinħatru mill-President tar-Repubblika, fuq proposta tal-Krajowa Rada Sądownictwa [(il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura, il-Polonja) (iktar ’il quddiem il-‘KRS’)], għal żmien indeterminat.” |
5 |
L-Artikolu 180 tal-imsemmija kostituzzjoni jipprovdi: “1. L-imħallfin huma irremovibbli. 2. Imħallef jista’ jitkeċċa, jiġi sospiż mill-funzjonijiet tiegħu, ittrasferit lejn ġurisdizzjoni oħra jew funzjoni oħra kontra r-rieda tiegħu biss bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja u esklużivament fil-każijiet previsti mil-liġi.” |
Il-Liġi dwar il-Qrati Ordinarji
6 |
L-Artikolu 11(3) tal-ustawa Prawo o ustroju sądów powszechnych (il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji) tas‑27 ta’ Lulju 2001 (Dz. U. Nru 98, pożizzjoni 1070), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawżi prinċipali (iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-Qrati Ordinarji”), jiddikjara: “Il-President ta’ sezzjoni għandu jinħatar mill-President tal-qorti. […] Qabel ma jaħtar il-President ta’ sezzjoni fi ħdan sąd okręgowy [(qorti reġjonali)] jew f’sąd rejonowy [(qorti distrettwali)], il-President tal-Qorti għandu jikkonsulta lill-Kulleġġ tas-sąd okręgowy [(il-Qorti Reġjonali)].” |
7 |
Bis-saħħa tal-punt 2 tal-Artikolu 21(1) ta’ din il-liġi, il-korpi ta’ sąd okręgowy (qorti reġjonali) huma l-President tal-qorti, il-Kulleġġ tal-qorti u d-Direttur tal-qorti. |
8 |
L-Artikolu 22a tal-imsemmija liġi jipprevedi: “1. […] il-President tas-sąd okręgowy [(il-Qorti Reġjonali)] fis-sąd okręgowy [(il-Qorti Reġjonali)], wara li jikkonsulta l-Kulleġġ tas-sąd okręgowy [(il-Qorti Reġjonali)], jistabbilixxi t-tqassim tal-kompiti, li jiddetermina:
4. Il-President tal-qorti jista’, fi kwalunkwe mument, jiddeċiedi dwar tqassim ġdid, totali jew parzjali, tal-kompiti, meta r-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġġustifikaw dan. […] 4a. It-trasferiment ta’ mħallef lejn sezzjoni oħra huwa suġġett għall-kunsens tal-istess imħallef. 4b. It-trasferiment ta’ mħallef lejn sezzjoni oħra ma huwiex suġġett għall-kunsens tal-istess imħallef:
4c. Id-dispożizzjonijiet tal-punti 1 u 2 tal-paragrafu 4b ma humiex applikabbli għall-imħallef li, fuq perijodu ta’ tliet snin, ġie ttrasferit għal sezzjoni oħra mingħajr il-kunsens tiegħu. Fil-każ ta’ trasferiment ta’ mħallef għal sezzjoni oħra mingħajr il-kunsens tiegħu fil-każ imsemmi fil-punt 2 tal-paragrafu 4b, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-anzjanità tal-imħallfin fis-sezzjoni li minnha huma ttrasferiti. 5. L-imħallef jew l-assistent imħallef li t-tqassim tal-kompiti tagħhom ikun ġie mibdul b’mod li l-portata tar-responsabbiltajiet tagħhom tkun ġiet mibdula, b’mod partikolari minħabba trasferiment lejn sezzjoni oħra tal-qorti, jista’ jappella quddiem il-[KRS] f’terminu ta’ sebat ijiem mill-komunikazzjoni tar-responsabbiltajiet il-ġodda tiegħu. Ebda appell ma jista’ jsir f’każ:
6. L-appell imsemmi fil-paragrafu 5 jiġi ppreżentat permezz tal-President tal-qorti kkonċernata li jkun ipproċeda bit-tqassim tal-kompiti li jkunu s-suġġett tal-imsemmi appell. L-imsemmi President għandu jibgħat l-appell [lill-KRS] f’terminu ta’ 14‑il jum minn meta jirċevieh, akkumpanjat b’dikjarazzjoni tal-pożizzjoni tiegħu fil-kawża. Il-[KRS] għandu jadotta riżoluzzjoni li tilqa’ jew tiċħad l-appell ippreżentat mill-imħallef, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi msemmija fil-paragrafu 1. Ir-riżoluzzjoni [tal-KRS] dwar l-appell imsemmi fil-paragrafu 5 ma għandhiex tkun immotivata. Ir-riżoluzzjoni [tal-KRS] ma tistax tiġi appellata. Sal-mument tal-adozzjoni tar-riżoluzzjoni, l-imħallef jew l-assistent imħallef għandu jkompli jaqdi l-kompiti eżistenti tiegħu.” |
9 |
L-Artikolu 24(1) tal-Liġi dwar il-Qrati Ordinarji jiddikjara: “Il-President tas-sąd okręgowy [(il-Qorti Reġjonali)] għandu jinħatar mill-Ministru għall-Ġustizzja minn fost l-Imħallfin tas-sąd apelacyjny [(il-Qorti tal-Appell)], tas-sąd okręgowy [(il-Qorti Reġjonali)] jew tas-sąd rejonowy [(il-Qorti Distrettwali)]. Wara li jkun ħatar il-President tas-sąd okręgowy [(il-Qorti Reġjonali)], il-Ministru għall-Ġustizzja jippreżentah lill-Assemblea Ġenerali tal-Imħallfin tas-sąd okręgowy [(il-Qorti Reġjonali)].” |
10 |
Konformement mal-Artikolu 30(1) ta’ din il-liġi, il-Kulleġġ tas-sąd okręgowy (il-Qorti Reġjonali) huwa kompost mill-President tas-sąd okręgowy (il-Qorti Reġjonali) kif ukoll mill-Presidenti tas-sądy rejonowe (il-qrati distrettwali) li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tas-sąd okręgowy (il-Qorti Reġjonali). |
11 |
L-Artikolu 42a tal-imsemmija liġi jipprevedi: “1. Fil-kuntest tal-attivitajiet tal-qrati jew tal-organi tal-qrati, ma huwiex permess li titqiegħed inkwistjoni l-leġittimità tat-tribunali u tal-qrati, tal-korpi kostituzzjonali tal-Istat jew tal-korpi ta’ stħarriġ u ta’ protezzjoni tal-liġi. 2. Qorti ordinarja jew organu ieħor tal-poter ma tistax tikkonstata jew tevalwa l-legalità tal-ħatra ta’ mħallef jew tas-setgħa li jiġu eżerċitati funzjonijiet fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja li tirriżulta minn din il-ħatra.” |
12 |
L-Artikolu 47a tal-Liġi dwar il-Qrati Ordinarji jipprovdi: “1. Il-kawżi jiġu assenjati lill-imħallfin u lill-assistenti mħallfin b’mod każwali skont il-kategoriji speċifiċi tal-kawżi, ħlief l-assenjazzjoni tal-kawżi lil imħallef tal-għassa. 2. Il-kawżi fi ħdan il-kategoriji speċifiċi għandhom jinqasmu b’mod ugwali, sakemm is-sehem ma jitnaqqasx minħabba l-pożizzjoni okkupata, tal-parteċipazzjoni fl-assenjazzjoni tal-kawżi f’kategorija oħra jew għal raġunijiet oħra previsti mil-liġi.” |
13 |
Skont l-Artikolu 47b ta’ din il-liġi: “1. It-tibdil fil-kompożizzjoni ta’ qorti huwa permess biss jekk din ma tkunx tista’ tisma’ l-kawża fil-kompożizzjoni attwali tagħha jew ikun jeżisti ostaklu dejjiemi biex il-kawża tinstema’ fil-kompożizzjoni attwali tagħha. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47a japplikaw mutatis mutandis. […] 3. Id-deċiżjonijiet imsemmija [fil-paragrafu 1] […] jittieħdu mill-President tal-qorti jew minn imħallef maħtur minnu. 4. Bidla fil-post fejn iservi l-imħallef jew il-kollokament tiegħu ma’ qorti oħra kif ukoll it-tmiem ta’ kollokament ma għandhomx jostakolaw l-adozzjoni ta’ atti [ta’ proċedura] f’kawżi assenjati fil-post fejn iservi l-imħallef jew fil-post fejn iwettaq il-kompiti tiegħu sakemm il-kawżi jiġu deċiżi. 5. Il-Kulleġġ tal-qorti li taħtha jaqa’ l-post ġdid fejn iservi jew il-post fejn huwa kkollokat l-imħallef jista’, fuq talba ta’ dan l-imħallef jew ex officio, iwassal għall-eżenzjoni ta’ dan l-imħallef mill-obbligi tiegħu li jisma’ jew jiddeċiedi kawżi kompletament jew parzjalment, b’mod partikolari minħabba d-distanza kunsiderevoli bejn din il-qorti u l-post ġdid fejn iservi jew il-post fejn huwa kkollokat l-imħallef u suġġett għas-sitwazzjoni tal-proċedimenti fil-kawżi pendenti. Qabel ma jadotta riżoluzzjoni, il-Kulleġġ tal-qorti għandu jikkonsulta mal-Presidenti tal-qrati kompetenti. 6. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5 japplikaw mutatis mutandis f’każ ta’ trasferiment lejn sezzjoni oħra tal-istess qorti.” |
14 |
L-Artikolu 17(1) tal-ustawa o zmianie ustawy – Prawo o ustroju sądów powszechnych oraz niektórych innych ustaw (il-Liġi li Temenda l-Liġi dwar il-Qrati Ordinarji u Ċerti Liġijiet Oħra), tat‑12 ta’ Lulju 2017 (Dz. U. tal-2017, pożizzjoni 1452), jipprovdi: “Il-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-qrati maħtura fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi emendata fl-Artikolu 1, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ sal-lum, jistgħu jitneħħew mill-Ministru għall-Ġustizzja, f’terminu li ma jeċċedix sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, mingħajr ma jiġu osservati r-rekwiżiti ddikjarati fl-Artikolu 27 tal-liġi emendata fl-Artikolu 1, kif emendata minn din il-liġi.” |
Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari
15 |
It-talbiet għal deċiżjoni preliminari tressqu mill-istess imħallef fl-okkażjoni tal-eżami ta’ żewġ kawżi kriminali distinti. |
16 |
Fir-rigward tal-Kawża C‑647/21, il-kawża prinċipali toriġina minn proċeduri kriminali mressqa kontra D. K. Permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza, D. K. ġie kkundannat għal piena ta’ priġunerija. Huwa appella minn din id-deċiżjoni quddiem is-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk, il-Polonja), li hija l-qorti tar-rinviju. F’din il-kawża, il-kulleġġ ġudikanti sedenti b’imħallef uniku, l-Imħallef li bagħtet dawn iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari, huwa fl-istess waqt kompost mill-Imħallef Relatriċi kif ukoll Presidenta tal-kulleġġ ġudikanti. |
17 |
Fir-rigward tal-Kawża C‑648/21, il-kawża prinċipali toriġina minn proċeduri kriminali mressqa kontra M. C. u M. F. Permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti tal-ewwel istanza, M. C. u M. F. ġew ikkundannati. Il-Qorti tat-tieni istanza li quddiemha dawn tal-aħħar appellaw illiberat lil M. C. u kkonfermat il-kundanna ta’ M. F. Il-Prokurator Generalny (il-Prosekutur Ġenerali, il-Polonja) appella mid-deċiżjoni tal-qorti tat-tieni istanza li tirrigwarda lil M. C. quddiem is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja). Din tal-aħħar annullat din id-deċiżjoni u rrinvijat il-kawża lura quddiem is-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk), li hija l-qorti tar-rinviju. F’din il-kawża, il-kulleġġ ġudikanti, sedenti bħala awla bi tliet imħallfin, huwa kompost mill-Presidenta tal-kulleġġ ġudikanti, mill-President tal-qorti tar-rinviju u minn tielet imħallef. It-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet mill-unika Presidenta tal-kulleġġ ġudikanti waħedha, li hija l-istess Imħallef fil-Kawża C‑647/21. |
18 |
Fix-xahar ta’ Settembru 2021, fi proċedura mhux relatata mal-kawżi prinċipali, l-Imħallef li bagħtet iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari preżenti tat deċiżjoni li permezz tagħha hija talbet lill-President tas-Sezzjoni tal-Appell tas-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk) sabiex jassenja kawża mill-ġdid lil Imħallef ieħor, jew saħansitra sabiex, fil-kulleġġ ġudikanti f’din il-proċedura, jiġi ssostitwit il-President tas-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk) b’Imħallef ieħor sedenti. Hija mmotivat din it-talba bil-fatt li l-President tal-qorti tar-rinviju kien inħatar fil-funzjonijiet tiegħu fuq il-bażi ta’ riżoluzzjoni tal-KRS fil-kompożizzjoni l-ġdida tiegħu. Għalhekk, il-preżenza ta’ tali mħallef fi ħdan il-kulleġġ ġudikanti tikser id-dritt għal qorti stabbilita minn qabel bil-liġi, fis-sens tal-Artikolu 19(1) TUE, tal-Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950 (iktar’ il quddiem il-“KEDB”). Il-Viċi President tal-qorti tar-rinviju, maħtur, huwa wkoll, fuq proposta tal-KRS fil-kompożizzjoni l-ġdida tiegħu, annulla d-deċiżjoni li tinkludi l-imsemmija talba ta’ din l-Imħallef. |
19 |
Fix-xahar ta’ Ottubru 2021, f’kawża oħra, l-imsemmija mħallef annullat sentenza ta’ qorti tal-ewwel istanza mogħtija minn persuna li kienet inħatret għall-funzjonijiet ta’ mħallef fuq il-bażi ta’ riżoluzzjoni tal-KRS fil-kompożizzjoni l-ġdida tiegħu. Hija bbażat id-deċiżjoni ta’ annullament tagħha, b’mod partikolari, fuq it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u fuq l-Artikolu 47 tal-Karta. |
20 |
Fil-11 ta’ Ottubru 2021, il-Kulleġġ tas-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk), komposta mill-President ta’ din il-qorti u mill-Presidenti tal-ħames sądy rejonowe (qrati distrettwali) li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tas-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk), adottat riżoluzzjoni intiża sabiex tiżvesti lill-Imħallef li bagħtet iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari preżenti minn madwar sebgħin kawża li kienu ġew assenjati lilha fi ħdan is-Sitt Sezzjoni Kriminali tal-Appell, inklużi l-kawżi prinċipali (iktar’ il quddiem ir- “riżoluzzjoni tal-Kulleġġ”). Skont din l-imħallef, din ir-riżoluzzjoni ma kinitx ġiet innotifikata lilha u r-raġunijiet għaliha ma kinux inġiebu għall-għarfien tagħha. Hija tindika li l-President tal-qorti tar-rinviju sempliċement informaha bl-iżvestiment tagħha. Hija żżid li dan tal-aħħar, darbtejn, irrifjuta li jilqa’ t-talbiet tagħha għal aċċess għall-kontenut tal-imsemmija riżoluzzjoni. |
21 |
Fit-13 ta’ Ottubru 2021, il-President tas-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk) adotta digriet sabiex l-imsemmija mħallef tiġi ttrasferita mis-Sezzjoni ta’ Appell ta’ dik il-qorti, li quddiemha huma pendenti l-kawżi prinċipali, lejn is-Sezzjoni tal-Ewwel Istanza tal-imsemmija qorti (iktar ’il quddiem id-“digriet ta’ trasferiment”). Imħallef ieħor tqiegħed minflokha, bħala membru tas-Sezzjoni tal-Appell. |
22 |
Skont il-qorti tar-rinviju, il-motivi tad-digriet ta’ trasferiment jieħdu ħsieb isemmu, b’mod konċiż, il-ħtieġa li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb taż-żewġ sezzjonijiet. Dan id-digriet jagħmel ukoll riferiment għal korrispondenza mhux speċifikata bejn il-President tas-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk) u l-President ta’ waħda minn dawn is-sezzjonijiet. |
23 |
Fit‑18 ta’ Ottubru 2021, id-digriet ta’ trasferiment daħal fis-seħħ. Dan id-digriet ma jinkludi ebda informazzjoni dwar ir-rimedji ġudizzjarji potenzjali. |
24 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk l-Imħallef li bagħtet dawn iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari preżenti tistax tkompli tisma’ l-kawża prinċipali li tikkorrispondi għall-Kawża C‑647/21 bħala mħallef uniku u fil-kawża prinċipali li tikkorrispondi għall-Kawża C‑648/21 bħala Presidenta tal-kulleġġ ġudikanti. |
25 |
Skont din il-qorti, fid-dawl taċ-ċirkustanzi, kif esposti fil-punti 18 sa 23 ta’ din is-sentenza, li wasslu għall-iżvestiment tagħha mill-kawżi li tagħhom din l-imħallef kienet relatriċi, inklużi l-kawżi prinċipali, hija kkonfrontata bil-ħtieġa li tiddeċiedi l-kwistjoni dwar jekk tali atti jiksrux it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta. Jekk dan kien il-każ, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk hijiex obbligata tinjora r-riżoluzzjoni tal-Kulleġġ u l-atti sussegwenti l-oħra, bħad-deċiżjoni li tassenja mill-ġdid lil imħallef ieħor il-kawżi li minnhom l-imsemmija mħallef ġiet żvestita, inklużi l-kawżi prinċipali. |
26 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li l-fatt li l-Imħallef li bagħtet dawn iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari preżenti ġiet żvestita mill-kawżi li kienu ġew fdati lilha kif ukoll it-trasferiment tagħha jiksru r-rekwiżiti ta’ indipendenza u ta’ irremovabbiltà. Barra minn hekk, il-miżuri meħuda fir-rigward ta’ din l-imħallef jikkostitwixxu reazzjoni għat-tentattivi tagħha biex tivverifika jekk il-qorti tal-ewwel istanza kinitx tissodisfa r-rekwiżit li tkun qorti stabbilita bil-liġi u għandhom l-għan li jipprevjenu tentattivi futuri f’dan is-sens. |
27 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk) iddeċidiet li tissospendi l-eżekuzzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Kulleġġ, li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja, f’kull waħda mill-kawżi prinċipali, id-domandi preliminari li ġejjin:
|
Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
Fuq l-għaqda tal-kawżi flimkien
28 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑29 ta’ Novembru 2021, il-Kawżi C‑647/21 u C‑648/21 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali kif ukoll għall-finijiet tas-sentenza. |
Fuq it-talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura mħaffa
29 |
Il-qorti tar-rinviju talbet li dawn ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari jiġu ssuġġettati għal proċedura mħaffa bis-saħħa tal-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. Insostenn ta’ dawn it-talbiet, hija sostniet, essenzjalment, li l-applikazzjoni ta’ din il-proċedura kienet iġġustifikata fid-dawl tal-fatt li d-domandi preliminari jirrigwardaw kwistjonijiet fundamentali tad-dritt Pollakk, b’mod partikolari tad-dritt kostituzzjonali, jiġifieri l-prinċipju ta’ irremovabbiltà tal-membri tal-ġudikatura u d-dritt tal-partijiet fil-proċedura għal qorti stabbilita bil-liġi, imparzjali u indipendenti. Hija żiedet li kien hemm raġunijiet iġġustifikati li wieħed jemmen li l-adozzjoni ta’ atti oħra fil-kawżi prinċipali twassal għall-għibien tar-raġunijiet li għalihom kien neċessarju li jsiru domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja u li l-implimentazzjoni tar-risposti mogħtija minnha tista’ tiġi ostakolata b’tali mod li tiġi prekluża l-garanzija tal-effettività tad-dritt tal-Unjoni u protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
30 |
L-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi li l-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, fuq it-talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, ex officio, u wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jiddeċiedi li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi ssuġġettat għal proċedura mħaffa meta n-natura tal-kawża teżiġi t-trattament tagħha f’qasir żmien. |
31 |
Għandu jitfakkar li tali proċedura mħaffa tikkostitwixxi strument proċedurali intiż li jissodisfa sitwazzjoni ta’ urġenza straordinarja (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, Randstad Italia, C‑497/20, EU:C:2021:1037, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
32 |
F’dan il-każ, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda, fid‑29 ta’ Novembru 2021, wara li nstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, li ma kienx hemm lok li jintlaqgħu t-talbiet intiżi sabiex ir-rinviji għal deċiżjonijiet preliminari preżenti jiġu ssuġġettati għal proċedura mħaffa. Fil-fatt, l-argumenti mressqa mill-qorti tar-rinviju sabiex tiġġustifika dawn it-talbiet huma ta’ natura ġenerali u ma jippreċiżawx ir-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikaw it-trattament ta’ dawn ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari f’qasir żmien. B’mod partikolari, il-fatt li d-domandi magħmula jirrigwardaw kwistjonijiet fundamentali tad-dritt Pollakk, b’mod partikolari tad-dritt kostituzzjonali, ma jikkaratterizzax sitwazzjoni ta’ urġenza straordinarja, kundizzjoni neċessarja sabiex jiġi ġġustifikat trattament bil-proċedura mħaffa. Fl-aħħar nett, il-fatt li l-kawżi prinċipali jaqgħu taħt id-dritt kriminali ma jiġġustifikax, fih innifsu, it-trattament tagħhom bil-proċedura mħaffa. |
Fuq is-sospensjoni tal-kawżi u t-talbiet għal kjarifiki
33 |
Fit‑18 ta’ Ottubru 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja ssospendiet il-kawżi maqgħuda C‑647/21 u C‑648/21 sakemm tat sentenza fil-kawżi maqgħuda C‑615/20 u C‑671/20. Fl‑20 ta’ Lulju 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja kkomunikat lill-qorti tar-rinviju s-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, YP et (Tneħħija ta’ immunità u sospensjoni ta’ mħallef) (C‑615/20 u C‑671/20, EU:C:2023:562), u talbitha tindika jekk kinitx tixtieq iżżomm it-talbiet tagħha għal deċiżjoni preliminari fil-kawżi magħquda C‑647/21 u C‑648/21. |
34 |
Fuq struzzjonijiet tal-President tas-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk), l-Imħallef li bagħtet dawn iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari preżenti wieġbet, fil-25 ta’ Settembru 2023, li l-qorti tar-rinviju xtaqet iżżomm it-talbiet tagħha għal deċiżjoni preliminari. |
35 |
Minħabba ċerti ambigwitajiet li jaffettwaw din ir-risposta, il-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat lil din il-qorti t-tieni talba għal kjarifiki skont l-Artikolu 101(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha. Il-Qorti tal-Ġustizzja staqsiet, b’mod partikolari, dwar jekk l-Imħallef li bagħtet iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari preżenti kinitx għadha sservi fil-kulleġġi ġudikanti aditi bil-kawżi prinċipali li taw lok għat-talbiet għal deċiżjoni preliminari fil-kawżi magħquda C‑647/21 u C‑648/21, u, jekk iva, taħt liema kapaċità. Il-qorti tar-rinviju wieġbet għal din it-talba permezz tal-imħallef li għamlet ir-rinviju tat-talbiet preżenti fis‑17 ta’ Ottubru 2023. |
Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
36 |
Minn naħa, il-Gvern Daniż u l-Kummissjoni Ewropea jsostnu, essenzjalment, li l-Artikolu 47 tal-Karta ma japplikax għall-kawżi prinċipali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tosserva li, anki jekk it-talbiet għal deċiżjoni preliminari, b’mod partikolari l-formulazzjoni tad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju, jirreferu għad-Direttiva 2016/343, ma hijiex qiegħda tintalab interpretazzjoni ta’ din id-direttiva. |
37 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss tinterpreta d-dritt tal-Unjoni fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann-Invest et, C‑554/21, C-622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 30 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
38 |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta, fir-rigward tal-azzjoni tal-Istati Membri, huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) tagħha, li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lill-Istati Membri meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, fejn din id-dispożizzjoni tikkonferma l-ġurisprudenza stabbilita fis-sens li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea huma intiżi li japplikaw fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, iżda mhux lil hinn minn dawn is-sitwazzjonijiet (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann‑Invest et, C‑554/21, C-622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 31 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
39 |
F’dan il-każ, fir-rigward tat-talba għal interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta, il-qorti tar-rinviju ma pprovdietx indikazzjoni li l-kawżi prinċipali jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni li tiġi implimentata fil-livell nazzjonali. Fil-fatt, anki jekk it-tieni domandi preliminari jirreferu għad-Direttiva 2016/343, dawn id-domandi ma sarux fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u l-qorti tar-rinviju ma tipprovdi ebda spjegazzjoni dwar ir-rabta li teżisti bejn l-imsemmija direttiva u dawn il-kawżi. |
40 |
Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex kompetenti sabiex tinterpreta l-Artikolu 47 tal-Karta bħala tali. |
41 |
Min-naħa l-oħra, il-Prokuratura Rejonowa w Bytowie (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Distrettwali ta’ Bytów, il-Polonja) u l-Prokuratura Okręgowa w Łomży (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Reġjonali ta’ Łomża, il-Polonja), isostnu, essenzjalment, li l-problematika relatata mal-organizzazzjoni ġudizzjarja tal-Istati Membri, bħal dawk imqajma mid-domandi magħmula, b’mod partikolari dawk dwar l-iżvestiment ta’ mħallef mill-kawżi li huma assenjati lilu, jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ dawn tal-aħħar u mhux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-dritt tal-Unjoni. Min-naħa tiegħu, il-Gvern Pollakk iddikjara waqt is-seduta li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-fehma tiegħu, għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domandi preliminari. |
42 |
F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, għalkemm l-organizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri taqa’, ċertament, taħt il-kompetenza ta’ dawn tal-aħħar, xorta jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom josservaw l-obbligi li jirriżultaw, għalihom, mid-dritt tal-Unjoni u li jista’ jkun hekk, b’mod partikolari, fir-rigward ta’ regoli nazzjonali dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ ħatra tal-membri tal-ġudikatura u, jekk ikun il-każ, ta’ regoli relatati mal-istħarriġ ġudizzjarju applikabbli fil-kuntest ta’ tali proċeduri ta’ ħatra (sentenza tad‑9 ta’ Jannar 2024, G. et (Ħatra tal-imħallfin tad-dritt ordinarju fil-Polonja), C‑181/21 u C‑269/21, EU:C:2024:1, punt 57 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
43 |
Barra minn hekk, mill-kliem tad-domandi magħmula jirriżulta b’mod ċar li dawn ma jirrigwardawx l-interpretazzjoni tad-dritt Pollakk iżda jirrigwardaw, b’mod partikolari, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1) TUE. |
44 |
Minn dan isegwi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar it-talbiet għal deċiżjoni preliminari, iżda mhux sabiex tinterpreta l-Artikolu 47 tal-Karta bħala tali. |
Fuq l-ammissibbiltà tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari
45 |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Distrettwali ta’ Bytów u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Reġjonali ta’ Łomża jikkontestaw l-ammissibbiltà ta’ dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari. Huma jsostnu, fl-ewwel lok, li l-imħallef tal-qorti tar-rinviju ppreżentat dawn it-talbiet wara l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Kulleġġ, jiġifieri f’data li fiha din l-imħallef, li ġiet żvestita mill-kawżi prinċipali, ma kinitx għadha awtorizzata tadotta l-imsemmija deċiżjonijiet. Fit-tieni lok, huma josservaw li d-domandi preliminari jikkonċernaw is-sitwazzjoni individwali tal-imħallef tar-rinviju u li dawn id-domandi huma, għalhekk, ta’ natura personali. Fit-tielet lok, huma jsostnu li t-talbiet għal deċiżjoni preliminari ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 94(a) u (b) tar-Regoli tal-Proċedura. Min-naħa tiegħu, waqt is-seduta, il-Gvern Pollakk iddikjara li dawn it-talbiet kienu ammissibbli. |
46 |
Il-Kummissjoni ssostni, barra minn hekk, li t-tielet domandi preliminari huma inammissibbli minħabba li l-kwistjoni dwar jekk jeżistix rimedju effettiv potenzjali għall-persuna akkużata fil-kawżi prinċipali la hija kwistjoni preliminari li tqum in limine litis u lanqas ma hija kwistjoni neċessarja għall-finijiet tas-soluzzjoni ta’ dawn il-kawżi. |
47 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali, stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża u li jkollha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li ser tingħata, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress li d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, hija marbuta tagħti deċiżjoni (sentenza tal‑24 ta’ Novembru 2020, Openbaar Ministerie (Falsifikazzjoni ta’ dokumenti), C‑510/19, EU:C:2020:953, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
48 |
Kif jirriżulta mill-kliem innifsu tal-Artikolu 267 TFUE, id-deċiżjoni preliminari mitluba għandha tkun “meħtieġa” sabiex il-qorti tar-rinviju “tkun tista’ tagħti s-sentenza” fil-kawża li tkun adita biha (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann‑Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 40 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
49 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat li risposta għal domandi preliminari tista’ tkun neċessarja sabiex il-qrati tar-rinviju jingħataw interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tippermettilhom jiddeċiedu kwistjonijiet proċedurali tad-dritt nazzjonali qabel ma jkunu jistgħu jiddeċiedu fuq il-mertu tal-kawżi mressqa quddiemhom (sentenza tas‑16 ta’ Novembru 2021, Prokuratura Rejonowa w Mińsku Mazowieckim et, C‑748/19 sa C‑754/19, EU:C:2021:931, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
50 |
Fir-rigward tal-ewwel ilment ta’ inammissibbiltà, ibbażat fuq il-fatt li l-imħallef inkwistjoni ressqet it-talbiet għal deċiżjoni preliminari wara li ġiet żvestita mill-kawżi prinċipali, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fid-data li fiha din l-imħallef ressqet dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari, jiġifieri l‑20 ta’ Ottubru 2021, hija kienet adita bil-kawżi prinċipali u, min-naħa l-oħra, li wara l-iżvestiment tagħha l-qorti tar-rinviju ma rtiratx l-imsemmija talbiet għal deċiżjoni preliminari. |
51 |
Fil-fatt, fit-tweġiba tagħha għat-tieni talba għal kjarifiki tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju kkonfermat li l-imħallef ikkonċernata kienet rispettivament l-Imħallef Relatriċi u l-Presidenta tal-kulleġġ ġudikanti fiż-żewġ proċeduri fil-kawża prinċipali fid-data li fiha ġew adottati d-deċiżjonijiet tar-rinviju, jiġifieri l‑20 ta’ Ottubru 2021. Hija indikat ukoll li kien permezz ta’ digriet tal‑21 ta’ Ottubru 2021, mogħti wara l-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet tar-rinviju, li l-proċedura li wasslet għar-rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑648/21 ġiet assenjata mill-ġdid lil Imħallef Relatur ieħor, li qabel kien sedenti bħala kulleġġ ġudikanti bi tliet imħallfin intiż li jieħu konjizzjoni ta’ din il-proċedura, u li kien ukoll fil‑21 ta’ Ottubru 2021 li l-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti b’imħallef uniku fil-proċedura li wasslet għar-rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑647/21 ġiet mibdula. Barra minn hekk, din il-qorti kkonfermat li dawn iż-żewġ proċeduri ġew sospiżi minħabba t-talbiet għal deċiżjoni preliminari preżenti u baqgħu sospiżi minn dak iż-żmien. |
52 |
Fir-rigward tat-tieni lment ta’ inammissibbiltà, ibbażat fuq il-fatt li d-domandi preliminari jikkonċernaw, essenzjalment, is-sitwazzjoni individwali tal-Imħallef li bagħtet iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari preżenti u għalhekk ma għandhomx rabta mal-kawżi prinċipali, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju hija kkonfrontata, fil-kuntest tal-kawżi prinċipali, bi kwistjonijiet ta’ natura proċedurali li hija għandha tiddeċiedi in limine litis u li s-soluzzjoni tagħhom tiddependi minn interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet u tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li fuqhom huma bbażati dawn id-domandi preliminari. Fil-fatt, l-imsemmija domandi preliminari huma intiżi, essenzjalment, sabiex jiġi ddeterminat jekk, fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, din l-imħallef tibqax iġġustifikata tkompli bl-eżami tal-kawżi prinċipali minkejja r-riżoluzzjoni tal-Kulleġġ li żvestiha minnhom. |
53 |
Issa, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, domandi preliminari intiżi, konsegwentement, li jippermettu lil qorti tar-rinviju tiddeċiedi, in limine litis, diffikultajiet ta’ natura proċedurali bħal dawk relatati mal-kompetenza tagħha sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża pendenti quddiemha jew, ukoll, mal-effetti legali li għandhom jew li ma għandhomx jiġu rrikonoxxuti lil deċiżjoni ġudizzjarja li potenzjalment tostakola t-tkomplija tal-eżami ta’ tali kawża mill-imsemmija qorti, huma ammissibbli bis-saħħa tal-Artikolu 267 TFUE (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, YP et (Tneħħija ta’ immunità u sospensjoni ta’ mħallef), C‑615/20 u C‑671/20, EU:C:2023:562, punt 47 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
54 |
Fir-rigward tat-tielet ilment ta’ inammissibbiltà, li skontu t-talbiet għal deċiżjoni preliminari ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 94(a) u (b) tar-Regoli tal-Proċedura, jeħtieġ sempliċement li jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-punti 6 sa 14 u 15 sa 26 ta’ din is-sentenza, dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari, kif ġew ippreċiżati mill-qorti tar-rinviju fit-tweġiba tagħha għaż-żewġ talbiet għal kjarifiki tal-Qorti tal-Ġustizzja, jinkludu, f’dak li jirrigwarda parti mill-ewwel domandi u t-tieni domandi, l-informazzjoni kollha rikjesta minn dan l-Artikolu 94(a) u (b), b’mod partikolari l-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistgħu japplikaw f’dan il-każ, espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll ir-rabta stabbilita minn din il-qorti bejn l-imsemmija dispożizzjoni u r-regoli nazzjonali invokati, bil-konsegwenza li l-Qorti tal-Ġustizzja hija, f’dan il-kuntest, f’pożizzjoni li tiddeċiedi dwar id-domandi preliminari. |
55 |
Fir-rigward tal-parti tal-ewwel domandi li tikkonċerna l-kompożizzjoni tal-kulleġġ ta’ qorti, jiġifieri l-fatt li, minn naħa, il-Ministru għall-Ġustizzja, li huwa wkoll il-Prosekutur Ġenerali, għandu s-setgħa li jaħtar il-presidenti tas-sądy rejonowe (il-qrati distrettwali) li jifformaw il-kulleġġ ta’ sąd okręgowy (qorti reġjonali) u, min-naħa l-oħra, il-fatt li wħud mill-membri tal-Kulleġġ inħatru għal pożizzjonijiet ta’ mħallef fuq proposta tal-KRS fil-kompożizzjoni l-ġdida tiegħu, liema deċiżjoni ma tippreżentax garanziji ta’ indipendenza suffiċjenti, għandu jitfakkar li, peress li d-deċiżjoni tar-rinviju sservi bħala bażi għall-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, il-qorti nazzjonali hija obbligata li tispjega, f’din id-deċiżjoni tar-rinviju nnifisha, il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali u li tipprovdi l-ispjegazzjonijiet neċessarji dwar ir-raġunijiet tal-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom hija titlob l-interpretazzjoni kif ukoll dwar ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tilwima mressqa quddiemha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ġunju 2020, C.F. (Kontroll fiskali), C‑430/19, EU:C:2020:429, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
56 |
Issa, f’dan il-każ, minbarra xi spjegazzjonijiet limitati dwar il-kompożizzjoni tal-kulleġġ ta’ qorti, id-deċiżjonijiet tar-rinviju ma jispeċifikawx suffiċjentement il-qafas ġuridiku nazzjonali dwar il-ħatra tal-membri ta’ dan il-kulleġġ. Huma lanqas ma jispjegaw għalfejn huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-parti tal-ewwel domandi li tirrigwarda l-kompożizzjoni tal-kulleġġ ta’ qorti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex elementi suffiċjenti sabiex tkun tista’ tirrispondi għal din il-parti tal-ewwel domandi b’mod utli, b’tali mod li t-talbiet għal deċiżjoni preliminari ma jissodisfawx, f’dan ir-rigward, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 94(a) u (b) tar-Regoli tal-Proċedura. |
57 |
Fir-rigward tat-tielet domandi preliminari, li permezz tagħhom il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-eżistenza ta’ rimedju effettiv potenzjali għall-persuni li kontrihom tressqu proċeduri fil-kawżi prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li dawn ma humiex kwistjonijiet preliminari li jqumu in limine litis u lanqas ma huma neċessarji għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawżi prinċipali. B’mod partikolari, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li tqum, fil-kawża prinċipali, il-kwistjoni dwar jekk huwiex possibbli għall-persuni li kontrihom tressqu proċeduri li jikkontestaw ir-regolarità tal-kulleġġ ġudikanti li għandu jieħu konjizzjoni tal-kawżi tagħhom. |
58 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li t-talbiet għal deċiżjoni preliminari huma ammissibbli, bl-eċċezzjoni tal-parti tal-ewwel domandi li tikkonċerna l-kompożizzjoni tal-kulleġġ ta’ qorti kif ukoll tat-tielet domandi preliminari. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domandi
59 |
Preliminarjament, għandu jiġi osservat, qabel kollox, li, minkejja li, permezz tal-ewwel domandi preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi formalment dwar il-punt jekk huwiex kompatibbli mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE l-fatt li korp ta’ qorti nazzjonali, bħall-kulleġġ tagħha, huwiex kompetenti sabiex jiżvesti lil imħallef ta’ din il-qorti minn parti jew mit-totalità tal-kawżi li ġew assenjati lilu, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dawn l-ewwel domandi jirrigwardaw essenzjalment il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-proċedura li bis-saħħa tagħha mħallef jista’ jiġi żvestit mill-kawżi tiegħu. |
60 |
Min-naħa l-oħra, anki jekk it-trasferiment tal-Imħallef li bagħtet iż-żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari preżenti mis-sezzjoni tal-appell tal-qorti tar-rinviju, li quddiemha l-kawżi prinċipali huma pendenti, lejn is-Sezzjoni tal-Ewwel Istanza tal-imsemmija qorti jikkostitwixxi element importanti li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tinftiehem is-sitwazzjoni prevista mill-qorti tar-rinviju fid-domandi tagħha, dan l-istess proċess ma jippermettix li jitqies li l-ewwel domandi għandhom jinftiehmu fis-sens li jirrigwardaw ukoll il-kompatibbiltà, mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment, jew, b’mod iktar ġenerali, ta’ leġiżlazzjoni li tirregola l-proċedura ta’ trasferiment, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
61 |
Fid-dawl ta’ dawn il-konstatazzjonijiet, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-ewwel domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha korp ta’ qorti nazzjonali, bħall-kulleġġ tagħha, jista’ jiżvesti lil imħallef ta’ din il-qorti minn parti jew mit-totalità tal-kawżi li jiġu assenjati lilu, mingħajr ma din il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiggwidaw lil dan il-korp meta jieħu tali deċiżjoni ta’ żvestiment, timponi l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni u tipprevedi l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju tal-imsemmija deċiżjoni. |
62 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, għalkemm l-organizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri, b’mod partikolari l-istabbiliment, il-kompożizzjoni, il-kompetenzi u l-funzjonament tal-qrati nazzjonali, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ dawn l-Istati, dawn xorta huma obbligati, fl-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni, josservaw l-obbligi li jirriżultaw, għalihom, mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mill-Artikolu 19 TUE (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann‑Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 44 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
63 |
Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva li għalih jirreferi t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li ġie stabbilit, b’mod partikolari, fl-Artikolu 6(1) tal-KEDB, li għalih jikkorrispondi t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta. Din l-aħħar dispożizzjoni għandha, għalhekk, tittieħed debitament inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dan it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann‑Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 45 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
64 |
Barra minn hekk, sa fejn il-Karta tiddikjara drittijiet li jikkorrispondu għal dawk iggarantiti mill-KEDB, l-Artikolu 52(3) tal-Karta huwa intiż li jiżgura l-koerenza neċessarja bejn id-drittijiet inklużi fiha u d-drittijiet korrispondenti ggarantiti mill-KEDB, mingħajr ma dan jippreġudika l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni. Skont l-ispjegazzjonijiet relatati mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (ĠU 2007, C 303, p. 17), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta jikkorrispondi għall-Artikolu 6(1) tal-KEDB. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiżgura li l-interpretazzjoni li hija tagħti f’dawn il-kawżi tiżgura livell ta’ protezzjoni li ma jmurx kontra dak iggarantit mill-Artikolu 6(1) tal-KEDB, kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann‑Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 46 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
65 |
B’dan premess, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li kull Stat Membru għandu, bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, jiżgura li l-istanzi li huma mitluba, bħala “qorti” fis-sens iddefinit mid-dritt tal-Unjoni, jiddeċiedu dwar kwistjonijiet marbuta mal-applikazzjoni jew mal-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt u li għalhekk jaqgħu taħt is-sistema ta’ rimedji tiegħu fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, fosthom ir-rekwiżit tal-indipendenza (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann‑Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 47 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
66 |
Dan ir-rekwiżit ta’ indipendenza tal-qrati, li huwa inerenti fil-kompitu tal-ġudikatura, jagħmel parti mill-kontenut essenzjali tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq, li għandhom importanza kardinali bħala garanti tal-protezzjoni tad-drittijiet kollha li l-partijiet f’kawża jisiltu mid-dritt tal-Unjoni u mill-ħarsien tal-valuri komuni għall-Istati Membri ddikjarati fl-Artikolu 2 TUE, b’mod partikolari l-valur tal-Istat tad-dritt (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann‑Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 49 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
67 |
L-imsemmi rekwiżit ta’ indipendenza jinkludi żewġ aspetti. L-ewwel aspett, ta’ natura esterna, jeħtieġ li l-istanza kkonċernata teżerċita l-funzjonijiet tagħha b’awtonomija sħiħa, mingħajr ma tkun suġġetta għal ebda rabta ġerarkika jew ta’ subordinazzjoni fil-konfront ta’ ħaddieħor u mingħajr ma tirċievi ordnijiet jew struzzjonijiet minn kwalunkwe sors, ikun xi jkun, sabiex b’hekk tkun protetta kontra l-interventi jew il-pressjonijiet esterni li jistgħu jippreġudikaw l-indipendenza tal-ġudizzju tal-membri tagħha u li jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħhom. It-tieni aspett, ta’ natura interna, jorbot mal-kunċett ta’ “imparzjalità” u jirrigwarda d-distanza ugwali għal dak li jikkonċerna l-partijiet fit-tilwima u l-interessi rispettivi tagħhom fir-rigward tas-suġġett tat-tilwima. Dan l-aspett jirrikjedi l-osservanza tal-oġġettività u l-assenza ta’ kull interess fis-soluzzjoni tat-tilwima lil hinn mill-applikazzjoni stretta tar-regola tad-dritt (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann‑Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punti 50 u 51 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
68 |
Għalkemm l-aspett “estern” tal-indipendenza huwa intiż essenzjalment sabiex jippreżerva l-indipendenza tal-qrati fil-konfront tas-setgħat leġiżlattivi u eżekuttivi konformement mal-prinċipju ta’ separazzjoni tal-poteri li jikkaratterizza l-funzjonament ta’ Stat tad-dritt, dan l-aspett huwa wkoll intiż li jipproteġi l-imħallfin minn influwenzi indebiti li jirriżultaw minn ħdan il-qorti kkonċernata (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann-Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 54 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
69 |
Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja għandu jkun protett mhux biss minn kull influwenza diretta, fil-forma ta’ struzzjonijiet, iżda wkoll mill-forom ta’ influwenza iktar indiretta li jistgħu jiggwidaw id-deċiżjonijiet ġudizzjarji (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann‑Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑14 ta’ Novembru 2024, S. (Bidla fil-kulleġġ ġudikanti),C‑197/23, EU:C:2024:956, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
70 |
Dawn il-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità jeħtieġu l-eżistenza ta’ regoli dwar, b’mod partikolari, il-kompożizzjoni tal-istanza kkonċernata, li jippermettu li jiġi eskluż kull dubju leġittimu, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, dwar l-impermeabbiltà ta’ din l-istanza fir-rigward ta’ elementi esterni u dwar in-newtralità tagħha fil-konfront tal-interessi inkwistjoni (sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann-Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 52). |
71 |
Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem enfasizzat ukoll li l-importanza primordjali b’mod partikolari tal-indipendenza ġudizzjarja u taċ-ċertezza legali għall-Istat tad-dritt kienet teżiġi ċarezza partikolari tar-regoli applikati f’kull każ u garanziji ċari sabiex tiġi żgurata l-oġġettività u t-trasparenza kif ukoll, fuq kollox, sabiex tiġi evitata kull apparenza ta’ arbitrarjetà fl-assenjazzjoni ta’ kawżi speċifiċi lil imħallfin (Qorti EDB, 5 ta’ Ottubru 2010, DMD GROUP, a.s. vs Is-Slovakkja, CE:ECHR:2010:1005JUD001933403, punt 66). |
72 |
Fit-tieni lok, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jirrikjedi wkoll l-eżistenza ta’ qorti “stabbilita minn qabel bil-liġi”, fid-dawl tar-rabtiet indissoċjabbli li jeżistu bejn l-aċċess għal tali qorti u l-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-membri tal-ġudikatura (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann‑Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑14 ta’ Novembru 2024, S. (Bidla fil-kulleġġ ġudikanti), C‑197/23, EU:C:2024:956, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
73 |
Issa, ir-riferiment għal “qorti stabbilita bil-liġi”, li jinsab ukoll fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, jirrifletti b’mod partikolari l-prinċipju tal-Istat tad-dritt u jikkonċerna mhux biss il-bażi legali tal-eżistenza nnifisha tal-qorti, iżda wkoll il-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti f’kull kawża kif ukoll kull dispożizzjoni oħra tad-dritt intern li n-nuqqas ta’ osservanza tagħha jirrendi irregolari l-parteċipazzjoni ta’ mħallef jew ta’ numru ta’ mħallfin fl-eżami tal-kawża (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2022, Getin Noble Bank, C‑132/20, EU:C:2022:235, punt 121 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
74 |
B’hekk, ir-regoli ta’ assenjazzjoni u ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-kawżi jagħmlu parti mill-kunċett ta’ qorti “stabbilita minn qabel bil-liġi”, li jirrikjedi mhux biss bażi legali tal-eżistenza nnifisha tal-qorti, iżda wkoll li tiġi osservata l-kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti f’kull kawża kif ukoll l-eżistenza ta’ kull dispożizzjoni oħra tad-dritt intern li n-nuqqas ta’ osservanza tagħha jirrendi irregolari l-parteċipazzjoni ta’ mħallef jew ta’ numru ta’ mħallfin fl-eżami tal-kawża. |
75 |
Konsegwentement, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jirrikjedi wkoll f’dan ir-rigward li r-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti jkunu ta’ natura li jeskludu kull indħil indebitu, fil-proċess deċiżjonali relatat ma’ kawża partikolari, ta’ persuni li huma esterni għall-kulleġġ ġudikanti responsabbli minn din il-kawża u li quddiemhom il-partijiet ma setgħux iressqu l-argumenti tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2024, Hann-Invest et, C‑554/21, C‑622/21 u C‑727/21, EU:C:2024:594, punt 59). |
76 |
F’dan il-każ, jidher, bla ħsara għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, li l-Artikolu 47b(1) tal-Liġi dwar il-Qrati Ordinarji jipprevedi li l-bidla fil-kompożizzjoni ta’ qorti hija aċċettata meta jeżisti “ostaklu dejjiemi biex il-kawża tinstema’ fil-kompożizzjoni attwali tagħha”, mingħajr ebda preċiżazzjoni oħra. Issa, għalkemm il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu 47b jipprevedi, essenzjalment, li mħallef jibqa’ adit bil-kawżi li jkunu ġew assenjati lilu minkejja t-trasferiment tiegħu lejn post ieħor jew il-kollokament tiegħu f’qorti oħra, sal-għeluq ta’ dawn il-kawżi, il-paragrafu 5 tal-imsemmi Artikolu 47b jiddikjara li l-kawżi tiegħu jistgħu jiġu rtirati mingħandu permezz ta’ deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-qorti kkonċernata mingħajr ma jiġu stabbiliti kriterji għal dan l-għan. Fl-aħħar nett, konformement mal-paragrafu 6 tal-istess Artikolu 47b, il-Kulleġġ tal-qorti għandu wkoll il-possibbiltà li jiżvesti lil imħallef fil-każ ta’ trasferiment ta’ dan tal-aħħar lejn sezzjoni oħra, iżda, madankollu, din il-possibbiltà, hawn ukoll, ma hija mogħnija b’ebda kriterju preċiż. |
77 |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik deskritta fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza mhux biss ma tipprevedix kriterji oġġettivi li jirregolaw il-possibbiltà li mħallef jiġi żvestit minn waħda jew minn numru mill-kawżi tiegħu, iżda hija tippermetti wkoll lill-Kulleġġ tal-qorti kkonċernata tiżvesti lil imħallef mill-kawżi tiegħu mingħajr ma tiġi mmotivata tali deċiżjoni. Fil-fatt, ir-riferiment għall-eżistenza ta’ “ostaklu dejjiemi biex il-kawża tinstema’ fil-kompożizzjoni attwali tagħha” huwa vag wisq sabiex ikun jista’ jitqies li jista’ jevita kull arbitrarjetà fid-deċiżjoni ta’ bidla fil-kulleġġ ġudikanti. Barra minn hekk, il-Gvern Pollakk ikkonferma, waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li d-dritt Pollakk ma jimponi ebda obbligu ta’ motivazzjoni għall-iżvestiment ta’ mħallef skont l-Artikolu 47b(5) u (6) tal-Liġi dwar il-Qrati Ordinarji. |
78 |
Għandu jingħad ukoll li, fir-rigward tal-iżvestimenti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-riżoluzzjoni tal-Kulleġġ li permezz tagħha l-imħallef kkonċernata ġiet żvestita mill-kawżi prinċipali hija nieqsa minn kull motivazzjoni. |
79 |
Ulterjorment, din ir-riżoluzzjoni tal-Kulleġġ ma tidhirx li tista’ tiġi ġġustifikata bid-digriet ta’ trasferiment, li permezz tiegħu l-President tas-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk), fit‑13 ta’ Ottubru 2021, bis-saħħa tal-Artikolu 22a(4) tal-Liġi dwar il-Qrati Ordinarji, iddeċieda t-trasferiment tal-imħallef, li wettqet ir-rinviju ta’ dawn it-talbiet, lejn sezzjoni oħra tal-istess qorti. |
80 |
Fil-fatt, minn naħa, dan id-digriet ġie ġġustifikat b’mod lakoniku bil-ħtieġa li “jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Sitt Sezzjoni Kriminali tal-Appell u tat-Tieni Sezzjoni Kriminali” tas-Sąd Okręgowy w Słupsku (il-Qorti Reġjonali ta’ Słupsk). |
81 |
Min-naħa l-oħra, ir-riżoluzzjoni tal-Kulleġġ ġiet adottata jumejn qabel id-digriet ta’ trasferiment. |
82 |
Barra minn hekk, fir-rigward tat-trasferiment mingħajr kunsens ta’ mħallef lejn qorti oħra jew it-trasferiment mingħajr kunsens ta’ mħallef bejn żewġ sezzjonijiet tal-istess qorti, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tali trasferimenti jistgħu jikkostitwixxu mezz sabiex jiġi eżerċitat kontroll fuq il-kontenut tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji peress li dawn jistgħu mhux biss jaffettwaw il-portata tas-setgħat tal-imħallfin ikkonċernati u t-trattament tal-proċessi fdati lilhom, iżda wkoll ikollhom konsegwenzi sinjifikattivi fuq il-ħajja u l-karriera tagħhom u, għalhekk, jipproduċu effetti analogi għal dawk ta’ sanzjoni dixxiplinari (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2021, W.Ż. (Awla ta’ Kontroll Straordinarju u tal-Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema – Ħatra), C‑487/19, EU:C:2021:798, punt 115). |
83 |
Issa, b’mod simili, l-iżvestiment ta’ mħallef mill-kawżi li jkunu ġew assenjati lilu, mingħajr ma l-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata tistabbilixxi kriterji oġġettivi li jippermettu li tiġi rregolata tali possibbiltà ta’ żvestiment u, barra minn hekk, mingħajr ma jkollha tkun motivata deċiżjoni li jsir tali żvestiment, ma jippermettix li jiġi eskluż li dan l-iżvestiment huwa arbitrarju, jew saħansitra jikkostitwixxi sanzjoni dixxiplinari moħbija. Dan huwa iktar u iktar il-każ meta tali żvestiment jiġi segwit bit-trasferiment tal-imħallef ikkonċernat lejn sezzjoni oħra tal-istess qorti. |
84 |
B’hekk, miżuri organizzattivi ta’ żvestiment bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-implimentazzjoni tagħhom ma hijiex irregolata minn kriterji suffiċjentement preċiżi u ma hijiex suġġetta għal obbligu ta’ motivazzjoni suffiċjenti, jistgħu joħolqu mistoqsijiet dwar il-possibbiltà li l-iżvestiment tal-kawżi, segwit minn trasferiment, ikun seħħ b’reazzjoni għal atti preċedenti tal-imħallef ikkonċernat. |
85 |
Għalhekk, sabiex jiġi evitat li jitħalla spazju għall-arbitrarjetà li tista’ tirriżulta minn proċedura mhux trasparenti, li tista’ tippreġudika l-prinċipji ta’ indipendenza u ta’ irremovabbiltà tal-membri tal-ġudikatura, huwa importanti li r-regoli nazzjonali dwar l-iżvestiment tal-kawżi jipprevedu kriterji oġġettivi ddikjarati b’mod ċar li fuq il-bażi tagħhom imħallef jista’ jiġi żvestit mill-kawżi tiegħu, kif ukoll l-obbligu li jiġu mmotivati d-deċiżjonijiet ta’ żvestiment, b’mod partikolari fil-każ ta’ żvestimenti kontra r-rieda tal-imħallef ikkonċernat, sabiex jiġi żgurat li l-indipendenza tal-membri tal-ġudikatura ma tiġix kompromessa minn influwenzi esterni indebiti. |
86 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domandi magħmula tkun li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha korp ta’ qorti nazzjonali, bħall-Kulleġġ tagħha, jista’ jiżvesti lil imħallef ta’ din il-qorti minn parti jew mit-totalità tal-kawżi assenjati lilu, mingħajr ma din il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-kriterji li għandhom jiggwidaw lil dan il-korp meta jadotta tali deċiżjoni ta’ żvestiment u mingħajr ma timponi li din id-deċiżjoni tkun motivata. |
Fuq it-tieni domandi
87 |
Permezz tat-tieni domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq qorti nazzjonali u fuq kull awtorità oħra tal-Istat Membru kkonċernat l-obbligu li ma japplikawx, minn naħa, riżoluzzjoni tal-Kulleġġ ta’ din il-qorti li tiżvesti lil imħallef tal-imsemmija qorti mill-kawżi li ġew assenjati lilu kif ukoll, min-naħa l-oħra, atti sussegwenti oħra, bħad-deċiżjonijiet dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-kawżi, meta din ir-riżoluzzjoni tkun ġiet adottata bi ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE. |
88 |
F’dan ir-rigward, fil-fatt, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jistabbilixxi l-preeminenza ta’ dan id-dritt fuq id-dritt tal-Istati Membri. Dan il-prinċipju għalhekk jimponi lill-istanzi kollha tal-Istati Membri jagħtu effett sħiħ lir-regoli differenti tal-Unjoni, filwaqt li d-dritt tal-Istati Membri ma jistax jaffettwa l-effett irrikonoxxut lil dawn ir-regoli fit-territorju tal-imsemmija Stati (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, YP et (Tneħħija ta’ immunità u sospensjoni ta’ mħallef), C‑615/20 u C‑671/20, EU:C:2023:562, punt 61 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
89 |
L-imsemmi prinċipju jimponi għalhekk, b’mod partikolari, fuq kull qorti nazzjonali inkarigata milli tapplika, fil-kuntest tal-kompetenza tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, l-obbligu li tiżgura l-effett sħiħ tar-rekwiżiti ta’ dan id-dritt fit-tilwima li jkollha quddiemha billi jekk ikun hemm bżonn ma tapplikax, fuq awtorità tagħha stess, kull leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li tkun kuntrarja għal dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha effett dirett, mingħajr ma jkollha titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel ta’ din il-leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali permezz ta’ leġiżlazzjoni jew permezz ta’ kwalunkwe proċedura kostituzzjonali oħra (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, YP et (Tneħħija ta’ immunità u sospensjoni ta’ mħallef), C‑615/20 u C‑671/20, EU:C:2023:562, punt 62 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
90 |
Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jimponi fuq l-Istati Membri obbligu ta’ riżultat ċar u preċiż u li ma huwa akkumpanjat minn ebda kundizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati mitluba jinterpretaw u japplikaw id-dritt tal-Unjoni u tar-rekwiżit li dawn jiġu stabbiliti minn qabel bil-liġi, jibbenefika minn tali effett dirett li jimplika li ma għandhiex tiġi applikata kull dispożizzjoni nazzjonali, ġurisprudenza jew prattika nazzjonali kuntrarja għal dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, YP et (Tneħħija ta’ immunità u sospensjoni ta’ mħallef), C‑615/20 u C‑671/20, EU:C:2023:562, punt 63 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
91 |
Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li, anki fl-assenza ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali li jkunu temmew nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiffaċilitaw it-twettiq tal-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni konformement mat-tagħlim li jinsab fis-sentenza li tikkonstata dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Barra minn hekk, l-imsemmija qrati huma obbligati, bis-saħħa tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali previst fl-Artikolu 4(3) TUE, li jħassru l-konsegwenzi illegali ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, YP et (Tneħħija ta’ immunità u sospensjoni ta’ mħallef), C‑615/20 u C‑671/20, EU:C:2023:562, punt 64 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
92 |
Sabiex tissodisfa l-obbligi mfakkra fil-punti 88 sa 91 ta’ din is-sentenza, qorti nazzjonali għandha, għalhekk, teskludi l-applikazzjoni ta’ att, bħar-riżoluzzjoni tal-Kulleġġ ta’ din il-qorti, li, bi ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ordnat li mħallef ta’ din il-qorti jiġi żvestit mill-kawżi tiegħu, meta dan ikun indispensabbli fid-dawl tas-sitwazzjoni proċedurali inkwistjoni sabiex tiġi ggarantita s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, YP et (Tneħħija ta’ immunità u sospensjoni ta’ mħallef), C‑615/20 u C‑671/20, EU:C:2023:562, punt 65 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
93 |
Peress li l-evalwazzjoni finali tal-fatti kif ukoll l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali jaqgħu, fil-kuntest ta’ proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, biss fuq il-qorti tar-rinviju, hija din li jkollha tiddetermina, b’mod definittiv, il-konsegwenzi konkreti li jirriżultaw, fil-kawżi prinċipali, mill-prinċipju mfakkar fil-punt preċedenti. Madankollu, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq il-bażi tal-elementi tal-proċess, tipprovdi lil din il-qorti l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għaliha għal dan l-għan (sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, YP et (Tneħħija ta’ immunità u sospensjoni ta’ mħallef), C‑615/20 u C‑671/20, EU:C:2023:562, punt 66 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
94 |
F’dan ir-rigward, mir-risposta għall-ewwel domandi jirriżulta li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-iżvestiment tal-kawżi, bħal dik deskritta mill-qorti tar-rinviju. |
95 |
Issa, f’tali sitwazzjoni, kulleġġ ġudikanti għandu jkollu raġuni li tiġġustifika li jeskludi l-applikazzjoni ta’ kull riżoluzzjoni meħuda fuq il-bażi ta’ din il-leġiżlazzjoni u, għaldaqstant, li jkompli, bl-istess kompożizzjoni, l-eżami tal-proċeduri fil-kawża prinċipali mingħajr ma l-korpi ġudizzjarji kompetenti fil-qasam tad-determinazzjoni u tat-tibdil tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti tal-qorti nazzjonali jkunu jistgħu jostakolaw dan l-eżami (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, YP et (Tneħħija ta’ immunità u sospensjoni ta’ mħallef), C‑615/20 u C‑671/20, EU:C:2023:562, punt 72 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
96 |
F’din l-istess sitwazzjoni, il-korpi kompetenti fil-qasam tad-determinazzjoni u tat-tibdil tal-kompożizzjoni ta’ dan il-kulleġġ ġudikanti għandhom jeskludu l-applikazzjoni ta’ tali riżoluzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2023, YP et (Tneħħija ta’ immunità u sospensjoni ta’ mħallef), C‑615/20 u C‑671/20, EU:C:2023:562, punt 80). |
97 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għat-tieni domanda tkun li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq qorti nazzjonali l-obbligu li ma tapplikax riżoluzzjoni tal-Kulleġġ ta’ din il-qorti li tiżvesti lil imħallef tal-imsemmija qorti mill-kawżi li ġew assenjati lilu kif ukoll atti sussegwenti oħra, bħad-deċiżjonijiet dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-kawżi, meta din ir-riżoluzzjoni tkun ġiet adottata bi ksur ta’ dan it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE. Il-korpi ġudizzjarji kompetenti fil-qasam tad-determinazzjoni u tat-tibdil tal-kompożizzjoni ta’ dan il-kulleġġ ġudikanti għandhom jeskludu l-applikazzjoni ta’ tali riżoluzzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
98 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.