This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CJ0013
Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 7 July 2022.#Pricoforest SRL v Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier (ISCTR).#Request for a preliminary ruling from the Judecătoria Miercurea Ciuc.#Reference for a preliminary ruling – Road transport – Social legislation – Regulation (EC) No 561/2006 – Exceptions – Article 13(1)(b) – Notion of ‘a radius of up to 100 kilometres (km) from the base of the undertaking’ – Vehicles effecting carriage within and also outside of that radius.#Case C-13/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022.
Pricoforest SRL vs Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier (ISCTR).
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Judecătoria Miercurea Ciuc.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bit-triq – Dispożizzjonijiet soċjali – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Derogi – Artikolu 13(1)(b) – Kunċett ta’ ‘raġġ li ma jaqbiżx il-100 kilometru (km) mill-bażi ta’ l-impriża’ – Vetturi li jwettqu trasport f’dan ir-raġġ u wkoll lil hinn mill-imsemmi raġġ.
Kawża C-13/21.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022.
Pricoforest SRL vs Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier (ISCTR).
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Judecătoria Miercurea Ciuc.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bit-triq – Dispożizzjonijiet soċjali – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Derogi – Artikolu 13(1)(b) – Kunċett ta’ ‘raġġ li ma jaqbiżx il-100 kilometru (km) mill-bażi ta’ l-impriża’ – Vetturi li jwettqu trasport f’dan ir-raġġ u wkoll lil hinn mill-imsemmi raġġ.
Kawża C-13/21.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:531
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla)
7 ta’ Lulju 2022 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bit-triq – Dispożizzjonijiet soċjali – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Derogi – Artikolu 13(1)(b) – Kunċett ta’ ‘raġġ li ma jaqbiżx il-100 kilometru (km) mill-bażi ta’ l-impriża’ – Vetturi li jwettqu trasport f’dan ir-raġġ u wkoll lil hinn mill-imsemmi raġġ”
Fil-Kawża C‑13/21,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Judecătoria Miercurea Ciuc (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Miercurea Ciuc, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal-10 ta’ Novembru 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-4 ta’ Jannar 2021, fil-proċedura
Pricoforest SRL
vs
Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier (ISCTR),
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),
komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, N. Piçarra (Relatur) u M. Gavalec, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Emiliou,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Nicolae u C. Vrignon, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-10 ta’ Marzu 2022,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83), kif emendat bir-Regolament (UE) 2020/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 (ĠU 2020, L 249, p. 1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 561/2006”). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Pricoforest SRL, impriża li topera fis-settur tal-forestrija, stabbilita fir-Rumanija, u l-Inspectoratul de Statpentru Controlul în Transportul Rutier (ISCTR) [spezzjoni nazzjonali għall-kontroll tat-trasport bit-triq (ISCTR), ir-Rumanija] dwar sanzjonijiet amministrattivi imposti fuq din l-impriża għal ksur tar-regoli relatati mal-perijodu ta’ sewqan ta’ kuljum u mal-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum tax-xufier |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Il-premessa 17 tar-Regolament Nru 561/2006 tistabbilixxi li: “Dan ir-Regolament għandu l-iskop li jtejjeb il-kondizzjonijiet soċjali għall-impjegati li jaqgħu taħtu, kif ukoll li jtejjeb is-sigurtà ġenerali fit-triq. Jagħmel dan prinċipalment permezz tad-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħin massimu ta’ sewqan kuljum, fil-ġimgħa u kull perijodu ta’ ġimagħtejn konsekuttivi, tad-disposizzjoni li tobbliga lix-xufier jieħu perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa mill-inqas darba kull ġimagħtejn konsekuttivi u tad-disposizzjonijiet li jitolbu li taħt l-ebda ċirkustanza l-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum ma jista’ jkun anqas minn perijodu mhux interrott ta’ disa’ sigħat. […]” |
4 |
Skont l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-ħinijiet ta’ sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ għax-xufiera li jaħdmu fit-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bit-triq sabiex ikunu armonizzati l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-modi ta’ trasport fuq l-art, speċjalment fir-rigward tas-settur tat-triq, u sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà fit-triq. Dan ir-Regolament għandu l-għan ukoll li jippromwovi t-titjib fil-prattika ta’ monitoraġġ u ta’ infurzar mill-Istati Membri u t-tijib fil-prattiċi ta’ xogħol fl-industrija tat-trasport bit-triq.” |
5 |
Skont l-Artikolu 2(1)(a) tal-imsemmi regolament, dan japplika, b’mod partikolari, għat-trasport bit-triq “ta’ merkanzija minn vetturi, inklużi vetturi karru jew nofs-karru, b’massa massima awtorizzata li taqbeż it-3,5 tunnellati”. |
6 |
Skont l-Artikolu 4(e) u (g) tal-istess regolament: “Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament: […]
[…]
|
7 |
L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 561/2006, li jistabbilixxi l-perijodi massimi ta’ sewqan ta’ kuljum, ta’ kull ġimgħa u fuq ġimagħtejn konsekuttivi, jippreċiża, fil-paragrafu 5 tiegħu: “Ix-xufier għandu jirreġistra bħala xogħol ieħor kull ħin li jagħmel kif deskritt fl-Artikolu 4(e) kif ukoll kull ħin li jagħmel isuq il-vettura wżata għal operazzjonijiet kummerċjali li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament […]. Dan ir-rekord għandu jitniżżel manwalment fuq folja li fiha jiddaħħlu r-rekords, fuq karta stampata jew bl-użu ta’ faċilitajiet oħra ta’ reġistrazzjoni manwali fuq it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni.” |
8 |
L-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi: “Sakemm ma jkunux preġudikati l-għanijiet ta’ l-Artikolu 1, kull Stat Membru jista’ jagħti eċċezzjonijiet għall-Artikoli 5 sa 9 [li jistabbilixxu regoli applikabbli għall-ekwipaġġ ta’ vettura, it-tul ta’ sewqan, kif ukoll għall-pawżi u għall-perijodi ta’ mistrieħ] u jagħmel tali eċċezzjonijiet soġġetti għal kondizzjonijiet individwali fit-territorju tiegħu stess jew, bi ftehim ma’ l-Istati kkonċernati, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, li jkunu applikabbli għat-trasport b’dawn li ġejjin: […]
[…]” |
Id-dritt Rumen
9 |
Skont l-Artikolu 2 tal-Ordonanța Guvernului nr. 37, privind stabilirea cadrului de aplicare a regulilor privind perioadele de conducere, pauzele și perioadele de odihnă ale conducement ătorilor auto și utilizarea aparatelor de înregistrare a accatității acestora (id-Digriet tal-Gvern Nru 37, li jiddefinixxi l-qafas ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar it-tul ta’ sewqan, ta’ pawża u ta’ mistrieħ tax-xufiera u dwar l-użu ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-attivitajiet tagħhom), tas-7 ta’ Awwissu 2007 (Monitorul Oficial al României, no 565 tas-16 ta’ Awwissu 2007): “L-operazzjonijiet ta’ trasport imsemmija fl-Artikolu 13(1)(a) sa (d), (f) sa (h) u (j) sa (p) tar-Regolament Nru 561/2006 huma eżenti, fit-territorju tar-Rumanija, mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
10 |
Fit-2 ta’ Settembru 2020, vettura bil-mutur li tirmonka semi-karru, użata minn Pricoforest għat-trasport tal-injam, kienet is-suġġett ta’ kontroll minn aġenti tal-ISCTR f’lokalità li tinsab fit-territorju Rumen, madwar 130 km bit-triq mill-bażi tal-impriża. |
11 |
Wara l-verifiki mwettqa u l-analiżi tad-data mniżżla mit-takografu installat abbord din il-vettura, ġie kkonstatat, minn naħa, li, bejn is-17 ta’ Awwissu 2020, fil-5:15 am, u t-18 ta’ Awwissu 2020, fis-7:23 pm, ix-xufier kien saq matul 15-il siegħa u 56 minuta, li jaqbżu b’5 siegħat u 56 minuta t-tul massimu ta’ sewqan ta’ kuljum ta’ 10 sigħat, previst fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 561/2006. Matul din il-medda ta’ ħin, ix-xufier kien ħa 6 siegħat u 48 minuta ta’ perijodu ta’ mistrieħ, filwaqt li, skont l-Artikolu 4(g) ta’ dan ir-regolament, huwa kellu jieħu perijodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum ta’ mill-inqas 9 siegħat. Għal dan il-ksur, ġiet imposta fuq Pricoforest multa ta’ 9000 lei Rumeni (RON) (madwar EUR 1800), jew ta’ RON 4500 (madwar EUR 900) f’każ ta’ ħlas f’terminu ta’ 15-il jum. |
12 |
Min-naħa l-oħra, l-aġenti tal-ISCTR ikkonstataw li, fil-25 ta’ Awwissu 2020, bejn il-00:54 am u l-4:24 am, ix-xufier tal-imsemmija vettura kien ħa perijodu ta’ mistrieħ ta’ 3 siegħat u 30 minuta, filwaqt li dan il-perijodu ta’ mistrieħ kellu jkun mill-inqas ta’ 9 siegħat, skont l-Artikolu 8(2) tal-imsemmi regolament. Għal dan il-ksur, ġiet imposta wkoll multa fuq Pricoforest ta’ RON 4000 (madwar EUR 800), jew ta’ RON 2000 (madwar EUR 400) f’każ ta’ ħlas f’terminu ta’ 15-il jum. |
13 |
Fil-25 ta’ Settembru 2020, din l-impriża ppreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju intiż għall-annullament tal-verbal tal-kontravvenzjoni jew, sussidjarjament, għas-sostituzzjoni tal-multi imposti bi twissija. Mingħajr ma tikkontesta d-data mniżżla mit-takografu tal-vettura kkontrollata, Pricoforest issostni li l-ħin irreġistrat jirrigwarda t-trasport ta’ merkanzija mwettaq minn vettura msemmija fl-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 u li, skont id-digriet tal-Gvern Nru 37 tas-7 ta’ Awwissu 2007, dan it-trasport huwa eżenti mill-applikazzjoni tar-regoli dwar id-dewmien tas-sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ stabbiliti minn dan ir-regolament. Barra minn hekk, Pricoforest tqis li l-aġent li ta ċ-ċitazzjoni b’mod żbaljat assimila l-kunċett ta’ “raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi tal-impriża”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, mad-distanza bit-triq bejn il-lokalità fejn jinsab il-bażi tal-impriża u dak fejn l-imsemmija vettura kienet suġġetta għall-kontroll. |
14 |
L-ISCTR, min-naħa tagħha, issostni li d-deroga prevista fl-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 tkopri biss it-trasport ta’ oġġetti mwettaq f’raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi tal-impriża kkonċernata. Issa, peress li l-kontroll inkwistjoni fil-kawża prinċipali twettaq madwar 130 km mill-bażi ta’ Pricoforest, il-vettura suġġetta għal dan il-kontroll ma tibqax koperta minn din id-deroga u, għaldaqstant, ir-regoli dwar it-tul tas-sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ stabbiliti minn dan ir-regolament huma applikabbli għaliha. |
15 |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fl-ewwel lok, dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi tal-impriża”, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006. Filwaqt li tammetti li l-kelma “raġġ” tikkorrispondi għal linja dritta mpinġija fuq il-mappa miċ-ċentru taċ-ċirku li fih tiġi eżerċitata azzjoni, din il-qorti tqis, madankollu, li l-għanijiet imfittxija minn dan ir-regolament, li jikkonsistu fit-titjib kemm tal-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema li għalihom japplika kif ukoll is-sigurtà fit-toroq, ma jintlaħqux jekk, ġewwa tali ċirku, trasport imwettaq fuq distanza ikbar ikun eżentat mill-applikazzjoni tar-regoli dwar it-tul tas-sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ stabbiliti mill-imsemmi regolament. |
16 |
Fit-tieni lok, l-imsemmija qorti tistaqsi jekk, meta vettura msemmija fl-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 normalment twettaq trasport ta’ oġġetti mhux biss f’raġġ li ma jaqbiżx il-100 km madwar il-post ta’ stabbiliment tal-impriża kkonċernata, iżda wkoll lil hinn minn dan ir-raġġ, din id-dispożizzjoni għandhiex tiġi interpretata fis-sens li huwa eżenti mill-applikazzjoni tar-regoli msemmija fil-punt preċedenti t-trasport kollu mwettaq jew, tal-inqas, it-trasport li ma jaqbiżx dan ir-raġġ ta’ 100 km, jew jekk ebda wieħed minn dan it-trasport huwiex eżenti mill-applikazzjoni tal-imsemmija regoli. |
17 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju żżid li l-applikazzjoni tar-regoli inkwistjoni biss għat-trasport ta’ oġġetti mwettaq lil hinn minn raġġ ta’ 100 km mill-bażi tal-impriża kkonċernata jirrendi impossibbli l-verifika tal-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ddefiniti minn dan ir-regolament. Hija tosserva wkoll li interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 fis-sens li t-trasport kollu mwettaq mill-vettura kkontrollata, inkluż dak imwettaq lil hinn minn din ir-raġġ ta’ 100 km, huma eżenti mill-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, timplika li, fil-kawża prinċipali, Pricoforest ma wettqitx il-ksur allegat fil-konfront tagħha. |
18 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Judecătoria Miercurea Ciuc (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Miercurea Ciuc, ir-Rumanija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
19 |
Permezz ta’ l-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ “raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi ta’ l-impriża”, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006, għandux jinftiehem bħala li jirreferi għal linja dritta mpinġija fuq il-mappa bejn il-bażi tal-impriża kkonċernata u d-destinazzjoni tal-vettura użata minnha għat-trasport ta’ oġġetti fil-kuntest tal-attività professjonali speċifika tagħha, jew bħala li tirreferi għad-distanza tat-triq effettivament użata minn din il-vettura. |
20 |
Mill-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 jirriżulta li kull Stat Membru jista’ jagħti derogi mill-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan ir-regolament u jissuġġettahom għal kundizzjonijiet partikolari fit-territorju tiegħu, sakemm dan ma jkunx ta’ preġudizzju għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-imsemmi regolament. Dawn id-derogi u dawn il-kundizzjonijiet huma applikabbli għat-trasport ta’ oġġetti li jsir b’vetturi użati jew mikrija mingħajr ix-xufier minn impriżi ta’ agrikoltura, ortikultura, forestrija, biedja jew sajd bħala parti mill-attività professjonali speċifika tagħhom, f’raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi tal-impriża kkonċernata. |
21 |
It-terminu “raġġ” ma huwiex iddefinit mir-Regolament Nru 561/2006 u mill-Artikolu 13(1)(b) tiegħu ma jinkludi ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiddefinixxu s-sens u l-portata ta’ dan it-terminu. |
22 |
Issa, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li tali dispożizzjoni għandha normalment tingħata, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss is-sens abitwali tal-kliem tal-imsemmija dispożizzjoni fil-lingwaġġ ta’ kuljum, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ Settembru 2021, The Software Incubator, C‑410/19, EU:C:2021:742, punt 31 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
23 |
Fil-lingwaġġ ta’ kuljum, il-kelma “raġġ” tirreferi għas-segment, f’linja dritta, li jikkorrispondi għal nofs id-dijametru ta’ ċirku li jgħaqqad iċ-ċentru tiegħu ma’ kull punt taċ-ċirkonferenza tiegħu. |
24 |
Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 28 u 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, meta l-leġiżlatur tal-Unjoni ried, f’dispożizzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 li ma hijiex l-Artikolu 13(1) (b), jirreferi għal distanza konkreta, li saret jew li għandha ssir, bit-triq, huwa pprovda l-indikazzjoni preċiża f’dan is-sens fil-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tal-Artikolu 3(a) u tal-Artikolu 16(1)(b) in fine ta’ dan ir-regolament. |
25 |
Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ “raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi ta’ l-impriża”, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006, għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal linja dritta li ma taqbiżx il-100 km, impinġija fuq il-mappa minn din il-bażi u li tgħaqqdu ma’ kull punt ta’ żona ġeografika ċirkulari madwar l-imsemmi post. Għalhekk, dan il-kunċett ma jkoprix id-distanza bit-triq li effettivament issir mill-vettura kkonċernata. |
26 |
Peress li din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 tirriżulta b’mod ċar mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni u mill-istruttura ta’ dan ir-regolament, l-għanijiet segwiti minnu, invokati mill-qorti tar-rinviju, li jikkonsistu fit-titjib kemm tal-kundizzjonijiet soċjali tal-ħaddiema li għalihom japplika l-imsemmi regolament kif ukoll is-sigurtà fit-toroq, ma jistgħux jikkontestaw l-imsemmija interpretazzjoni. |
27 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ “raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi ta’ l-impriża”, fis-sens tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006, għandu jinftiehem bħala li jirreferi għal linja dritta li ma taqbiżx il-100 km, impinġija fuq il-mappa minn din il-bażi u li tgħaqqdu ma’ kull punt ta’ żona ġeografika ċirkulari madwar dan l-istess post. |
Fuq it-tieni domanda
28 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jkun ta, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, derogi mill-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan ir-regolament, applikabbli għat-trasport ta’ oġġetti mwettaq mill-vetturi msemmija fl-imsemmija dispożizzjoni, u li dawn il-vetturi jwettqu dan it-trasport mhux biss f’raġġ li ma jaqbiżx il-100 km mill-bażi tal-impriża kkonċernata, iżda wkoll lil hinn minn dan ir-raġġ, tali użu ta’ dawn il-vetturi jrendi dawn id-derogi applikabbli għat-trasport ta’ oġġetti mwettaq mill-imsemmija vetturi, kemm jekk isir barra minn jew ġewwa l-imsemmi raġġ, jew, għall-kuntrarju, jeskludi l-applikazzjoni tal-imsemmija derogi għal dan it-trasport kollu. |
29 |
Mill-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 jirriżulta li d-derogi mill-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan ir-regolament, li jistabbilixxu r-regoli applikabbli b’mod partikolari għat-tul tas-sewqan, għall-pawżi u għall-perijodi ta’ mistrieħ tax-xufier, jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jagħtu skont din id-dispożizzjoni huma applikabbli għat-trasport ta’ oġġetti mwettaq minn vetturi li huma msemmija hemmhekk meta l-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmija dispożizzjoni, imfakkra fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, ikunu ssodisfatti. |
30 |
Dawn id-derogi għandhom jiġu interpretati b’mod strett u l-portata tagħhom għandha tiġi ddeterminata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-għanijiet tar-Regolament Nru 561/2006 (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-7 ta’ Frar 2019, NK, C‑231/18, EU:C:2019:103, punt 21, kif ukoll tal-21 ta’ Novembru 2019, Deutsche Post et, C‑203/18 u C‑374/18, EU:C:2019:999, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għalhekk, l-Artikolu 13(1)(b) ta’ dan ir-regolament ma jistax jiġi interpretat b’mod li jestendi l-effetti tiegħu lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi li huwa intiż li jiggarantixxi (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-13 ta’ Marzu 2014, A. Karuse, C‑222/12, EU:C:2014:142, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
31 |
Minn dan isegwi, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 62 u 63 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li, meta l-vetturi msemmija fih iwettqu trasport ta’ oġġetti kemm f’raġġ li ma jaqbiżx il-100 km madwar il-bażi tal-impriża kkonċernata u lil hinn minn dan ir-raġġ, din id-dispożizzjoni tapplika għat-trasport kollu ta’ oġġetti mwettaq minn dawn il-vetturi, inklużi dawk li jaqbżu l-imsemmi raġġ. Għaldaqstant, dan it-trasport tal-aħħar ma jistax jibbenefika mid-derogi mill-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan ir-regolament. |
32 |
Min-naħa l-oħra, interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 fis-sens li, meta l-vetturi msemmija fih iwettqu trasport ta’ oġġetti kemm f’raġġ ta’ mhux iktar minn 100 km madwar il-bażi tal-impriża kkonċernata u lil hinn minn dan ir-raġġ, l-ebda wieħed minn dan it-trasport ma jista’ jibbenefika mid-derogi mill-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan ir-regolament iċaħħad lil din id-dispożizzjoni mill-effett utli tagħha. |
33 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 6(5) tar-Regolament Nru 561/2006, jimponi fuq ix-xufier l-obbligu li jirreġistra, bħala “xogħol ieħor”, b’mod partikolari, “kull ħin li jagħmel isuq il-vettura wżata għal operazzjonijiet kummerċjali li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni [ta’ dan] ir-regolament”. Fil-fatt, il-perijodi ta’ sewqan irreġistrati, b’konformità ma’ din id-dispożizzjoni, bħal “xogħol ieħor” jikkostitwixxu perijodi ta’ attività reali tax-xufier, li matulu huwa ma jistax juża l-ħin tiegħu kif irid u li, sa fejn dan ikollu effetti fuq l-istat ta’ għejja tax-xufier, jista’ jaffettwa s-sewqan ta’ dan tal-aħħar (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-18 ta’ Jannar 2001, Skills Motor Coaches et, C‑297/99, EU:C:2001:37, punti 36 sa 39). |
34 |
Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 80 tal-konklużjonijiet tiegħu, għall-każijiet ta’ użu ta’ vettura msemmija fl-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 mhux biss f’raġġ 100 km madwar il-bażi tal-impriża kkonċernata iżda wkoll lil hinn minn dan ir-raġġ, dan l-obbligu ta’ reġistrazzjoni jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jivverifikaw jekk iż-żmien li għadda jsuq, irreġistrat, konformement mal-Artikolu 6(5) ta’ dan ir-regolament, bħala “xogħol ieħor”, jikkorrispondix għal trasport bit-triq kopert minn derogi għall-Artikoli 5 sa 9 tal-imsemmi regolament mogħtija abbażi tal-Artikolu 13(1)(b) ta’ dan. Għaldaqstant, l-awtoritajiet nazzjonali huma f’pożizzjoni li jivverifikaw jekk, fir-rigward tat-trasport imwettaq mill-vettura kkontrollata li ma huwiex kopert minn tali derogi, ir-regoli dwar it-tul tas-sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ li jirriżultaw mill-imsemmija Artikoli 5 sa 9 ġewx osservati. |
35 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jkun ta, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, derogi mill-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan ir-regolament, applikabbli għat-trasport ta’ oġġetti mwettaq minn vetturi msemmija fl-imsemmija dispożizzjoni, u meta dawn il-vetturi jwettqu dan it-trasport mhux biss f’raġġ li ma jaqbiżx il-100 km madwar il-post ta’ stabbiliment tal-impriża kkonċernata, iżda wkoll lil hinn minn dan ir-raġġ, dawn id-derogi japplikaw unikament għat-trasport ta’ oġġetti mwettaq mill-vetturi li ma jaqbżux l-imsemmi raġġ. |
Fuq l-ispejjeż
36 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.