This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0458
Case C-458/21: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 24 November 2022 (request for a preliminary ruling from the Kúria — Hungary) — CIG Pannónia Életbiztosító Nyrt. v Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Reference for a preliminary ruling — Taxation — Value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Article 132(1)(c) — Exemptions for certain activities in the public interest — Provision of medical care in the exercise of the medical and paramedical professions — Service used by an insurance company to review the accuracy of a diagnosis of serious illness and find and provide the best possible care and treatment abroad)
Kawża C-458/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – CIG Pannónia Életbiztosító Nyrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(ċ) – Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali – Provvisti ta’ kura lill-persuna fil-kuntest tal-professjonijiet mediċi u paramediċi – Servizz użat minn kumpannija tal-assigurazzjoni sabiex tivverifika l-eżattezza tad-dijanjosi ta’ marda serja kif ukoll issib u tipprovdi l-aħjar kura u trattament possibbli barra mill-pajjiż)

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – CIG Pannónia Életbiztosító Nyrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-458/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(ċ) - Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali - Provvisti ta’ kura lill-persuna fil-kuntest tal-professjonijiet mediċi u paramediċi - Servizz użat minn kumpannija tal-assigurazzjoni sabiex tivverifika l-eżattezza tad-dijanjosi ta’ marda serja kif ukoll issib u tipprovdi l-aħjar kura u trattament possibbli barra mill-pajjiż)
(2023/C 24/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CIG Pannónia Életbiztosító Nyrt.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Dispożittiv
L-Artikolu 132(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
provvisti li jikkonsistu fil-verifika tal-eżattezza tad-dijanjosi ta’ marda serja fil-persuna assigurata sabiex tiddetermina l-aħjar kura tas-saħħa possibbli għall-fejqan tal-persuna assigurata u jiġi żgurat, jekk dan ir-riskju jkun kopert mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni u l-persuna assigurata tagħmel talba, li t-trattament mediku jingħata barra mill-pajjiż, ma jaqgħux taħt l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni.