Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0215

Kawża C-215/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia n° 2 de Las Palmas de Gran Canaria – Spanja) – Zulima vs Servicios prescriptor y medios de pagos EFC SAU (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kuntratt ta' kreditu miftuħ – Natura inġusta tal-klawżola dwar ir-rata ta’ interessi remuneratorji – Rikors ippreżentat minn konsumatur intiż sabiex tiġi kkonstatata n-nullità ta’ dan il-kuntratt – Sodisfazzjon extraġudizzjarju tat-talbiet ta’ dan il-konsumatur – Spejjeż sostnuti mill-imsemmi konsumatur – Prinċipju ta’ effettività – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tista’ tiskoraġġixxi lill-istess konsumatur milli jeżerċita d-drittijiet mogħtija mid-Direttiva 93/13/KEE)

ĠU C 424, 7.11.2022, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Las Palmas de Gran Canaria – Spanja) – Zulima vs Servicios prescriptor y medios de pagos EFC SAU

(Kawża C-215/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta' kreditu miftuħ - Natura inġusta tal-klawżola dwar ir-rata ta’ interessi remuneratorji - Rikors ippreżentat minn konsumatur intiż sabiex tiġi kkonstatata n-nullità ta’ dan il-kuntratt - Sodisfazzjon extraġudizzjarju tat-talbiet ta’ dan il-konsumatur - Spejjeż sostnuti mill-imsemmi konsumatur - Prinċipju ta’ effettività - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tista’ tiskoraġġixxi lill-istess konsumatur milli jeżerċita d-drittijiet mogħtija mid-Direttiva 93/13/KEE)

(2022/C 424/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 2 de Las Palmas de Gran Canaria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zulima

Konvenuti: Servicios prescriptor y medios de pagos EFC SAU

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja relatata mal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt bejn kummerċjant u konsumatur, fil-każ li t-talbiet tiegħu jiġu ssodisfatti b’mod extraġudizzjarju, il-konsumatur ikkonċernat għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, bla ħsara għall-fatt li l-qorti adita tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod obbligatorju, tal-eventwali mala fide tal-kummerċjant ikkonċernat u, jekk ikun il-każ, tikkundanna lil dan tal-aħħar iħallas l-ispejjeż relatati mal-proċeduri legali li dan il-konsumatur ġie kostrett iwettaq sabiex jasserixxi d-drittijiet mogħtija lilu mid-Direttiva 93/13.


(1)  ĠU C 320, 09.08.2021.


Top