This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0097
Case C-97/21, MV — 98: Judgment of the Court (First Chamber) of 4 May 2023 (request for a preliminary ruling from the Administrativen sad — Blagoevgrad — Bulgaria) — MV — 98 v Nachalnik na otdel ‘Operativni deynosti’ — Sofia v Glavna direktsia ‘Fiskalen kontrol’ pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite (Reference for a preliminary ruling — Value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Article 273 — Failure to issue a fiscal cash register receipt — Charter of Fundamental Rights of the European Union — Article 50 — Principle ne bis in idem — Cumulation of administrative penalties of a criminal nature for the same act — Article 49(3) — Proportionality of penalties — Article 47 — Right to an effective remedy — Scope of judicial review relating to the provisional enforcement of a penalty)
Kawża C-97/21, MV – 98: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Blagoevgrad – il-Bulgarija) – MV – 98 vs Nachalnik na otdel “Operativni deynosti” – Sofia v Glavna direktsia “Fiskalen kontrol” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 273 – Nuqqas ta’ għoti ta’ riċevuta fiskali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 50 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Akkumulazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali għall-istess fatt – Artikolu 49(3) – Proporzjonalità tal-pieni – Artikolu 47 – Dritt għal rimedju effettiv – Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju dwar l-eżekuzzjoni provviżorja ta’ sanzjoni)

ĠU C 216, 19.6.2023, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
19.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Blagoevgrad – il-Bulgarija) – MV – 98 vs Nachalnik na otdel “Operativni deynosti” – Sofia v Glavna direktsia “Fiskalen kontrol” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite
(Kawża C-97/21 (1), MV – 98)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 273 - Nuqqas ta’ għoti ta’ riċevuta fiskali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Akkumulazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali għall-istess fatt - Artikolu 49(3) - Proporzjonalità tal-pieni - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju dwar l-eżekuzzjoni provviżorja ta’ sanzjoni)
(2023/C 216/05)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Blagoevgrad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: MV – 98
Konvenut: Nachalnik na otdel “Operativni deynosti” – Sofia v Glavna direktsia “Fiskalen kontrol” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite
Dispożittiv
L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha jista’ jiġi impost fuq persuna taxxabbli, għall-istess ksur ta’ obbligu fiskali u fi tmiem proċeduri distinti u awtonomi, miżura ta’ sanzjoni pekunjarja u miżura ta’ ssiġillar ta’ proprjetà kummerċjali, liema miżuri jistgħu jiġu kkontestati quddiem qrati differenti, sa fejn l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tiżgurax koordinazzjoni tal-proċeduri li tippermetti li jitnaqqas, sa fejn strettament neċessarju, il-piż żejjed li jirriżulta mill-akkumulazzjoni tal-imsemmija miżuri u ma tippermettix li jiġi żgurat li s-severità tas-sanzjonijiet kollha imposti tikkorrispondi għall-gravità tal-ksur ikkonċernat.