Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0179

Kawża T-179/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2020 – JP vs Il-Kummissjoni

ĠU C 209, 22.6.2020, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/29


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2020 – JP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-179/20)

(2020/C 209/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JP (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2019 li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva ta’ kandidati magħżulin tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 – Amministraturi (AD7), flimkien mad-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2019 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal eżami mill-ġdid;

tordna lill-konvenuta tikkumpensa d-danni sostnuti; u

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li l-membri tal-Bord tal-Għażla għandu jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa għal evalwazzjoni oġġettiva tal-eżekuzzjoni u tal-kwalifiki professjonali tar-rikorrent matul l-intervista relatata mal-qasam, ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju li l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla għandha tkun suffiċjentement stabbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.


Top